Prezentazzjoni ta' disinji konnessi mal-Progett tal-Kottonera
L-iżvilupp kollu li se jsir miż-żew' konsorzji li se jwettqu l-Pro'ett tal-Kottonera mistenni joħloq bejn 400 u 600 impjiegi 'odda la darba l-pro'ett jitlesta kollu.
Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech waqt il-preżentazzjoni ta' diversi disinji u proposti preliminari li tħejjew miż-żew' konsorzji – il-Cottonera Waterfront Group u l-Port Cottonera Consortium – b'konnessjoni ma' dan il-pro'ett. Għal din il-preżentazzjoni attendew ukoll rappreżentanti mill-Kunsilli Lokali tal-Birgu, l-Isla u Bormla.
Hu qal li dan qed isir f'konformit'? ma' l-impenn tal-Gvern li qabel jibda l-proċess ta' diskussjoni kemm fil-Parlament, kif ukoll barra l-Parlament, permezz ta' l-applikazzjonijiet li jridu jsiru lill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar, kulħadd ikollu preżentazzjoni konkreta ta' dak li qed ikun ippjanat.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-mozzjoni dwar it-trasferiment tal-proprjet'? liż-żew' konsorzji mistennija tkun diskussa fil-Parlament ix-xahar id-dieħel, u immedjatament din tkun approvata jkun iffirmat il-ftehim finali mal-konsorzji u dawn, min-naħa tagħhom, jibdew jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-permessi meħtie'a. Hu semma li di''? qed isiru diskussjonijiet bejn il-konsorzji u l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar bi tħejjija għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet.
Hu fakkar li permezz tan-negozjati li l-amministrazzjoni kellha maż-żew' konsorzji f'dawn l-aħħar xhur, l-ammont ta' investiment żdied minn Lm6 miljun li kienet aċċettat l-amministrazzjoni preċedenti għal Lm16-il miljun. Il-Ministru Zammit Dimech qal li din iż-żieda fl-investiment ma tfissirx biss żieda fin-nefqa kapitali, iżda wkoll effett multiplikatur, għaliex akbar ma jkun l-investiment akbar ikun il-'id li jista' ji''enera.
Il-Ministru Zammit Dimech semma li fejn qabel l-iżvilupp kien se jikkonsisti kważi biss fil-bini ta' yacht marina u restawr ta' erba' palazzi, issa se jkun hemm mhux biss yacht marina akbar iżda wkoll lukanda, casin'? u żvilupp residenzjali faċċata tal-Kalkara. B'hekk se jikber il-volum ta' żvilupp b'taħlita li ti''enera impjiegi differenti għal persuni bi kwalifiki differenti.
Hu qal li fost l-ewwel xogħlijiet li mistennija jsiru hemm dawk tal-marina li jinkludu xogħlijiet fil-moll marbutin l-aktar ma' wave calming u t-tqegħid ta' pontoons li se jipprovdu rmi'' għal madwar 480 yacht, inklużi madwar 100 irmi'' għal megaboats. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jibdew aktar tard din is-sena għalkemm l-ewwel trid tinħare' l-approvazzjoni ta' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li qed tkun kunsidrata wkoll il-possibbilt'? li fuq l-art fejn illum hemm bini li kien qed jintuża miċ-Ċiniżi, issir pjazza li tkun tista' tintuża għal attivivitajiet varji, inklużi wirjiet marbutin mal-baħar, festivals u attivitajiet oħra. Semma wkoll li l-promenade li l-iżviluppaturi se jibnu fix-xatt tal-Birgu faċċata tal-Kalkara, aktar 'il quddiem tkun tista' ti'i estiża tul ix-xatt kollu tal-Kalkara sa taħt Bighi.
Il-Ministru Zammit Dimech temm li m'għandu l-ebda dubju li b'dan il-pro'ett, flimkien ma' pro'etti oħra li l-Gvern qed jaħdem fuqhom, il-Port il-Kbir se jingħata ħajja 'dida billi jinbidel minn port kummerċjali għal wieħed orjentat lejn it-turiżmu, fejn jispikka aktar l-aspett storiku ta' l-inħawi.
Dawn id-disinji u proposti se jkunu għall-wiri lill-pubbliku fi Project House, il-Floriana, waqt il-ħinijiet ta' l-uffiċċju, minn għada l-Ġimgħa, 23 ta' April sa nhar il-Ġimgħa 7 ta' Mejju 1999.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN