Stqarrija mill-Ministru tal-Finanzi, John Dalli
L-attegjament ta' tfixkil li qed juri l-Kap ta' l-Oppozizzjoni, Dr Alfred Sant, fil-pass importanti li ha l-Gvern biex jghaggel ir-ristrutturazzjoni jikxfu li ghadu kattiv mal-poplu Malti daqs kemm kien sena ilu meta kien fil-Gvern. Kienet is-suppervja u n-nuqqas ta' kuxjenza socjali tieghu li minhabba fiha daru kontra tieghu shabu stess fil-Parlament u waqqghuh mill-Gvern wara sentejn biss.
Fil-kwistjoni tal-HSBC l-ewwel infexx f'hafna gideb bhal meta qal li l-Kabinett ma kienx maghqud f'din il-kwistjoni. Issa fl-istqarrija li harget il-bierah fil-ghaxija wara l-laqgha ta' l-Esekuttiv u l-Grupp Parlamentari Laburista, Dr Alfred Sant rega' tenna aktar gideb:
- L-ewwel gidba – is-shareholders privati tal-bank ser jigu sfurzati jbieghu l-ishma taghhom bil-prezz ta' Lm2.90. Dan m'hux veru! Jekk ibieghux l-ishma taghhom jew le jibqa' d-dritt ta' kull shareholder. Jekk iridux jbieghu l-ishma lill-HSBC jew le jiddependi minnhom biss. Hadd m'hu ser jisfurzahom.
- It-tieni gidba, li qal il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, hi li m'hix ser titwaqqaf fundazzjoni ghall-haddiema tal-Mid-Med. Fil-fatt, ilu hafna maghruf li din il-fundazzjoni ser titwaqqaf fuq l-istess bazi li kienet twaqqfet fil-privatizazzjoni tal-Bank of Valletta.
- It-tielet gidba hi meta Dr Alfred Sant qal li f'dan il-ftehim gie injorat il-Parlament meta jaf li dan it-tip ta' ftehim mhux materja li ghandha bzonn l-approvazzjoni tal-Parlament. Ma jafx Dr Alfred Sant li anke hu ma gabx il-bejgh ta' l-ishma tal-Maltacom ghall-approvazzjoni tal-Parlament? Ghalfejn irid jipprova jidhak bin-nies? Xorta izda l-Gvern prezenti ressaq mozzjoni biex l-bejgh tal-ishma tal-Mid-Med jigi diskuss fil-Parlament.
Dr Alfred Sant qieghed kuljum juri li kull ma jrid jaghmel hu li jpattiha talli, sena ilu, hafna minn shabu fil-Parlament dahru kontrih fuq il-mozzjoni tal-Kottonera u dwar l-Ewropa. Dr Sant ghadu ma jridx jammetti li kien l-atteggjament hazin tieghu li gab il-firda fil-Partit Laburista u waqqghu mill-Gvern.
Dr Alfred Sant qed juri kemm ma tbiddilx. Qed juri l-istess nuqqas ta' sens ta' qies u nuqqas ta' sens ta' interess nazzjonali. Sena ilu, Dr Sant waqqa' lill-Partit Laburista mill-Gvern; illum, bl-istess attitudni distruttiva, qed jipprova jnaffar investiment qawwi minn pajjizna u jhammeg isem pajjizna mal-barranin; qed jipprova jwaqqa' l-isem tajjeb li rega' kiseb pajjizna, u qed jipprova jhassar ftehim mal-HSBC, li minnu johrog biss gid ghall-Maltin u l-Ghawdxin. Dan kollu biex ipattiha, din id-darba lill-poplu Malti u Ghawdxi kollu, talli l-poplu nduna li ma tistax tafda lil Dr Alfred Sant.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN