Left arrow Mur Lura

Web site tal-Ministeru ghall-Ambjent fuq il-MAGNET Internet Service

PR0595
Date Icon 21/04/1999

Il-Ministeru għall-Ambjent għandu l-website uffiċjali tiegħu fuq il-Malta Government Network (MAGNET) Internet Service. Din kienet inawgurata dalgħodu waqt konferenza ta' l-aħbarijiet mill-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, li spjega li l-iskop ewlieni li ttieħed dan il-pass hu li tinholoq holqa ohra ta' komunikazzjoni diretta bejn il-Ministeru u l-pubbliku.

Hu spjega li permezz ta' din il-website, il-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu se jkunu jistgħu jwasslu bi proċess kontinwu lill-pubbliku tagħrif dwar il-ħidma li jkunu qed iwettqu, filwaqt li l-pubbliku jkun jista' jwassal ir-reazzjoni u l-ideat tiegħu permezz ta' l-e-mail.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li din l-amministrazzjoni hi konxja mill-valur li s-soċjet'? tal-lum qed tagħti lill-informazzjoni u ħadmet bis-sħiħ biex pajjiżna jibda jgawdi mill-iżvilupp qawwi fit-teknolo'ija ta' l-informatika li laqat lid-dinja f'dawn l-aħħar snin.

Hu semma li bla dubju l-Internet hu wieħed mill-isbaħ meravilji ta' dan is-seklu, fejn permezz ta' kompjuter u linja tat-telefon wieħed jista' jkollu aċċess għal minjiera ta' informazzjoni u riċerka minn kull rokna tad-dinja u f'ilsna differenti, kif ukoll għal servizzi bħal m'huma dawk bankarji, ta' bejgħ, vja''ar, assigurazzjoni u servizzi oħra.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-użu ta' l-Internet qed jiżdied ukoll f'Malta, tant li di''? hawn madwar 12,000 abbonat f'din is-sistema. Hu fakkar li dan l-iżvilupp teknolo'iku f'pajjiżna seta' jsir biss permezz tar-rivoluzzjoni li seħħet fil-bidu tas-snin disgħin fis-settur tat-telekomunikazzjoni.

Hu semma wkoll li l-Gvern qed jinkora''ixxi b'qawwa l-użu ta' l-Internet fost il-'enerazzjoni żagħżugħa billi qed ikun provdut dan is-servizz, kemm fl-Universit'? kif ukoll fl-iskejjel, għall-użu mill-istudenti. Il-Gvern ħoloq ukoll is-sistema tiegħu u ħafna impjegati fid-Dipartimenti tal-Gvern qed jagħmlu użu tajjeb minnha billi, fost l-oħrajn, jikkomunikaw bejniethom permezz ta' l-e-mail. Anki l-Kunsilli Lokali qed ikunu mħe''a jintroduċu dan is-servizz għall-benefiċċjuta' dawk il-membri tal-pubbliku li jkollhom bżonn jużaw l-Internet iżda m'għandhomx il-mezzi meħtie'a.

Il-Ministru għall-Ambjent spjega li l-website tal-Ministeru saret fuq is-sistema governattiva magħrufa bħala Magnet, li nħolqot madwar sitt snin ilu u li permezz tagħha nħoloq kuntatt aktar mill-qrib bejn il-Gvern u d-Dipartimenti tiegħu u l-pubbliku, mhux biss lokalment iżda anki barra minn Malta.

Il-website tal-Ministeru għall-Ambjent tipprovdi tagħrif dwar il-Ministeru, it-Taqsima tax-Xogħlijiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtha, dwar id-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent u dwar il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini, kif ukoll dwar diversi pro'etti infrastrutturali fosthom dawk tal-Kottonera u l-pro'ett għad-daħla tal-Belt Valletta.

L-indirizz tal-website tal-Ministeru ghall-Ambjent hu:

http://www.moe.gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow