Il-Prim Ministru jaghti Avviz ta' Mozzjoni
Il-Prim Ministru, kif habbar illum wara il-laqgha tal-Kabinet, ta avviz lill-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati ta' mozzjoni fuq il-ftehim li ntlahaq mal-H.S.B.C. dwar il-bejgh ta' l-ishma li l-Gvern ghandu fil-Mid Med Bank plc fil-qafas tar-ristrutturazzjoni ta' l-ekonomija ta' pajjizna.
Kopja tal-mozzjoni hija annessa.

KAMRA TAD-DEPUTATI
HOUSE OF REPRESENTATIVES
MALTA
RIZOLUZZJONI
Il-Prim Ministru jipproponi:
Din il-Kamra taghraf illi hawn qbil fil-pajjiz illi r-ristrutturazzjoni ta' l-ekonomija tal-pajjiz hija mehtiega biex inkunu kapaci nikkompetu fi swieq internazzjonali u li l-istrutturi ekonomici taghna jkunu fuq l-istess livell ta' pajjizi ohra u ntegrati maghhom;
Il-Kamra taghraf ukoll li parti mportanti minn dan it-tibdil hu li l-Gvern johrog kemm jista' jkum mill-gestjoni ta' kumpaniji kummercjali fid-diversi setturi ekonomici u b'dan il-mod jixpruna l-ekonomija taghna lejn l-ahjar uzu tar-rizorsi limitati taghna b'impenn shih li jigi mhares bl-ahjar mod, it-tessut socjali ta' pajjizna.
Din il-Kamra tqis li l-ftehim li ntlahaq mal-HSBC dwar il-bejgh ta' l-ishma li l-Gvern ghandhu fil-Mid Med bhala pass konkret f'din id-direzzjoni.
E. Fenech Adami
19.4.99
John Dalli
Sekondant: Il-Ministru tal-Finanzi
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN