Ghotja ta' Rikonoxximent - Servizz Pubbliku
Dan l-aħħar il-Gvern ħabbar li qed jilqa' nominazzjonijiet taħt l-iskema ‘'?otja ta' Rikonoxximent - Servizz Pubbliku' li tagħraf u tippremja lil dawk l-impjegati li, b'riżultat ta' kontribut speċjali fil-ħidma tagħhom matul is-sena li għaddiet, ikunu taw kontribut sinifikanti u tan'ibbli f'wieħed jew aktar mill-għanijiet prinċipali tal-Ministeru tagħhom.
Kull uffiċjal pubbliku, fi kwalunkwe grad, jista' ji'i nominat għal din l-'?otja, kemm fuq bażi individwali kif ukoll bħala parti minn grupp ta' impjegati.
In-nominazzjonijiet jistgħu jsiru mis-supervisor jew mill-Kap tad-Dipartiment ta' l-impjegat/i, minn grupp ta' mhux anqas minn tlett kollegi, mill-membri tal-pubbliku, kif ukoll minn entitajiet privati u organizzazzjonijiet mhux governattivi.
In-nominazzjonijiet ser ji'u evalwati minn Advisory Panel li jkun kostitwit mid-Direttur Ġenerali tal-Management and Personnel Office bħala Chairman, rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi, u rappreżentanti tat-Trade Unions prinċipali u tas-settur privat.
Kull '?otja tkun tikkonsisti f'bonus ta' Lm 500, kif ukoll f'ċertifikat u plakka ‘'?otja ta' Rikonoxximent - Servizz Pubbliku'. L-'?otjiet ser ji'u ppreżentati mill-Prim Ministru waqt ċerimonja li ser issir fl-okkażjoni tal- Ġimgha Dwar is-Servizz Pubbliku, f'Mejju li 'ej.
Din l-iskema kienet tnediet fl-1997, meta kienu ngħataw għaxar '?otjiet lil uffiċjali pubbliċi minn setturi varji tas-Servizz Pubbliku.
Il-formoli tan-nominazzjonijiet jistgħu jinkisbu mingħand Ms. Norma Salomone, Management and Personnel Office, Uffiċċju tal-Prim Ministru, Ber'a ta' Kastilja, Valletta. Numru tat-telefon 22996315.
In-nominazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sa nhar il-Ġimgħa, 30 ta' April, 1999.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN