Imnedija l-Fondazzjoni Strickland ghal ghajnuna lill-impjegati ta' l-Isptar Boffa fit-tahrig taghhom
Il-Gvern huwa impenjat li jaghmel bidla radikali fis-servizzi tas-sahha. Mhux biss irid li toghla l-kwalit'? tal-kura, imma wkoll ghandu jkun hemm titjib fil-mod kif jinqeda l-klijent. B'dan il-ghan il-Ministeru tas-Sahha ilu ghal dawn l-ahhar xhur ifittex toroq kif jista' jtejjeb u jirristruttura l-ufficcju tal-Customer Care u issa wasal biex jiffirma kuntratt mal-Management Efficiency Unit biex tinholoq unit fuq livell professjonali.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta dalghodu attenda ghall-ewwel laqgha ufficjali tal-Fondazzjoni Strickland, li twaqqfet bil-ghan li tipprovdi ghajnuna lill-impjegati ta' l-Isptar Boffa fit-tahrig taghhom.
Louis Deguara qal li l-ghan ta' dan is-servizz mhux ser ikun biss biex jircievi ilmenti, imma wkoll ser ikollu rwol pro-attiv u kuntatt dirett mal-klijenti biex jisma' minghandhom x'titjib jista' jsehh fis-servizzi provduti fl-isptarijiet u c-centri tas-sahha.
Matul din is-sena, tenna l-Ministru tas-Sahha, mhux biss ser tinghata spinta fil-bini ta' l-isptar il-gdid, imma wkoll ser ikunu implimentati diversi riformi li jwasslu ghal titjib radikali fis-servizz provdut. Barra minhekk, ser ikompli wkoll il-process biex l-Isptar Boffa jkun awtonomu.
Louis Deguara sostna li matul l-ahhar snin sar investiment qawwi fl-Isptar Boffa tant li diversi klijenti li sa ftit zmien ilu kienu jintbaghtu barra ghall-kura, illum qed jinghataw trattament f'dan l-isptar. Hu kompla jghid li t-twaqqif ta' din il-fondazzjoni, b'donazzjoni moghtija mill-Familja Strickland, hija sinjal car tat-titjib fis-servizz li diga' beda jinghata. Hija wkoll sinjal u rikonoxximent lill-impjegati ta' dan l-isptar li b'tant dedikazzjoni jahdmu ma' pazjenti li hafna drabi jkunu milquta minn mard terminali.
Il-Ministru tas-Sahha rringrazzja lill-Familja Strickland ghad-donazzjoni taghhom li permezz taghha twaqqfet din il-fondazzjoni u awgura li dan il-pass ikun segwit minn ohrajn simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN