Il-Ministeru tal-Finanzi jakkuza lill-Kap ta' l-Oppozizzjoni b'tghawwig ta' fatti
PR0585
18/04/1999
Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, Dr Alfred Sant, jidher illi qieghed jaghmel minn kollox biex iwaqqaf il-mixja tal-gid tal-pajjiz, u qieghed ikompli jghawweg il-fatti.
Wara l-allegazzjoni infondata li kien hemm erba' Ministri li ma qablux mal-ftehim tal-bejgh tal-Mid Med lill-HSBC, illum Dr Sant ghamel allegazzjoni ohra dwar senserija marbuta ma' dan il-ftehim. Dan qieghed jigi michud bl-aktar mod kategoriku.
Dr Alfred Sant qieghed jigi sfidat biex jaghti d-dettalji ta' dawn l-allegazzjonijiet li huwa ghamel.
Kien fil-privatizzazzjoni tal-Maltacom plc, minn Dr Alfred Sant, li biex il-Gvern dahhal Lm33 miljun hallas mal-miljun u sitt mitt elf lira f'kummissjonijiet u spejjez.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN