Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici jwiegeb artikolu f"l-orizzont"

PR0582
Date Icon 17/04/1999

B'riferenza ghal dak li nkiteb fl-ewwel pagna ta' l-Orizzont tal-harga tal-lum is-Sibt 17 ta' April 1999, hu minnu li l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, il-Professur Josef Bonnici, siefer lejn il-Germanja, izda din iz-zjara kienet ilha ppjanata zmien twil wara li kien ircieva stedina mill-Ambaxxata Germaniza biex jindirizza l-Konferenza Euro-Mediterranja tal-Ministri ta' l-Ekonomija gewwa Stuttgart lejlet il-Konferenza ghal Ministri ta' l-Affarijiet Barranin.

Tajjeb wiehed izid li l-Ministru Bonnici ikkummenta pozittivament dwar dan il-ftehim li ntlahaq bejn il-Gvern u l-HSBC. Dan il-ftehim jixhed il-fiducja internazzjonali li Malta qeghdha tgawdi fost l-aktar investituri importanti fil-qasam finanzjarju, u jitfa indikazzjonijiet cari li l-ekonomija Maltija regghet qabdet ir-ritmu tal-progress. Il-valur ta' Lm 83 miljun miftiehem ma' l-HSBC sejjer ikun investiment dirett sinifikanti li jzid dhul ta' fondi barranin gewwa Malta.Ta' min isemmi wkoll li x-xiri ta' ishma ohrajn minn ghand investituri privati sejjer ikompli jzid il-qliegh ta' munita barranija li tirrifletti ruhha wkoll fil-bilanc tal-pagamenti.

Jekk wiehed iqabbel il-prezz ta' l-ishma miftiehem bejn il-Gvern u l-HSBC mal-prezz ta' l-ishma fl-ahhar ta' Settembru 1998, (Lm 1.84) insibu li l-valur tas-sehem tal-Gvern fil-Bank zdied b'madwar Lm 29 miljun f'seba' xhur. Barra minn hekk, filwaqt li fl-ahhar prezz ta' l-ishma tal-Bank fil-Borza kien Lm 2.71 fil-bidu ta' April, il-prezz ta' Lm2.90 miftiehem ma l-HSBC jirrifletti qliegh ta' 19c ghal kull sehem mibjuh mill-Gvern, jew Lm4.6 miljun mill-ahhar quotation. Dan minbarra il-premium ta' Lm 12 miljun li l-HSBC se tghaddi lill-Gvern.

Il-Ministru Bonnici zied jghid illi dan l-izvilupp sejjer jaghti prominenza kbira lic-Centru Malti ghas-Servizzi Finanzjarji, u dan zgur ikun ta' vantagg ghalina fl-attrazzjoni ta' investiment gdid u fil-process tar-ristrutturazzjoni ekonomika.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow