Left arrow Mur Lura

Il-Ministru tas-Sahha Dr. Louis Deguara jindirizza "Study Morning" organizzat mill-Malta Association of Occupational Therapists

PR0581
Date Icon 17/04/1999

Il-hsieb wara r-riforma fil-kura tas-sahha mentali huwa li l-klient jinghata l-ghajnuna biex ikun jista' jghin lilu nnifsu biex jeghleb il-problemi tieghu u l-effetti socjali li huma kawzati minn din il-kundizzjoni.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara fil-ftuh ta' study morning organizzat mill-Malta Association of Occupational Therapists bit-tema, "At Home for the 2000 – Community mental health Challenges for the next Millenium."

Il-Ministru tas-Sahha semma l-izvilupp ekonomiku mghaggel, il-problemi socjali, il-pressjoni fuq il-familja, l-istress kif ukoll in-numru dejjem jizdied ta' l-anzjani bhala fatturi li joholqu impatt fuq is-sahha mentali tan-nazzjon.

Louis Deguara qal li l-gvern ilu li beda jimpenja ruhu ghal riforma fil-kura tas-sahha mentali tant li fl-1994 kienet pubblikata l-ewwel politika nazzjonali ghal dan is-settur. Hu tenna li l-proposti f'dan id-dokument identifikaw li din il-kura ghandha kemm jista' jkun tinghata fil-komunita'. Hu sostna li fil-programm elettorali li kien pubblikat f'Awissu li ghadda, inghatat importanza lill-kura fil-komunita.

Il-Ministru Deguara qal li hu qed jaghti s-support kollu mehtieg biex il-proposti elenkati fil-politika nazzjonali ghal kura tas-sahha mentali jkunu implimentati biex mit-teorija nghaddu ghall-prattika. Hu tenna li biex din ir-riforma tkun success, trid tkun akkumpanjata minn riforma ohra, dik fil-Kura Primarja. Louis Deguara sostna li d-dijanjosi fil-kura primarja ta' problemi mentali fi stadju bikri mhux biss iwasslu ghal kura immedjata imma wkoll inaqqas il-probabilita' li pazjent jkollu jigi istituzzjonalizzat.

Madankollu sostna Louis Deguara, ma jonqosx li biex din il-vizjoni tkun imwettqa bl-iktar successi, irid ikun hemm ukoll il-kollaborazzjoni ta' diversi setturi ohra kemm dawk governattivi kif ukoll dawk li m'humiex.

Il-Ministru tas-Sahha qal ukoll li d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha flimkien mall-Kummissjoni Nazzjonali ghar-Riforma tas-Sahha Mentali qed ihejju diversi programmi edukattivi sabiex tinholoq kuxjenza fost il-poplu dwar dan is-suggett.

Il-Ministru Deguara temm id-diskors tieghu billi awgura success lill-partecipanti waqt l-istudy morning u fahhar l-inizjattiva tal-Malta Association of Occupational Therapists li wasslet ghall-organizzazzjoni ta' laqgha bhal din.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow