Impenn tal-Gvern ghal riforma fil-kura tas-Sahha Mentali
Id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha fi hdan il-Ministeru tas-Sahha, flimkien mal-Kummissjoni Nazzjonali ghar-Riforma tas-Sahha Mentali, qed ihejju programmi edukattivi biex tinholoq aktar kuxjenza dwar il-problemi tas-sahha mentali.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta kien qed jindirizza familjari ta' individwi li jbatu minn mard mentali li attendew ghall-programm edukattiv organizzat mill-Mental Health Association.
Louis Deguara qal li l-Gvern huwa impenjat biex jirriforma l-kura tas-sahha mentali u dan ma jistax ikun possibbli jekk ma titnehhiex l-istigma fuq dan il-mard. Dawn il-programmi edukattivi, tenna l-Minsitru tas-Sahha, mhux biss ghandhom l-ghan li jtaffu mill-ideat foloz li ghandhom uhud fuq dawn il-problemi, imma jghinu wkoll biex is-socjet'? taccetta fi hdanha dawk il-klijenti li ghandhom dawn il-problemi.
Il-Ministru Deguara sostna li l-ahjar kura li tista' tinghata lil dawn l-individwi hija dik li tinghata fil-komunit'? u ghalhekk huwa importanti li kulhadd ikun konxju li bi ftit aktar attenzjoni jkun jista' jghin biex il-klijenti jkunu jistghu jintegraw ruhhom ahjar.
Louis Deguara qal li l-Gvern ilu li gharaf li din hija l-ahjar triq biex tinghata l-kura u dan rega' sostnieh fil-programm elettorali li fuqu gie elett f'Settembru li ghadda. Hu tenna li l-programm elettorali jaghraf li l-kura fil-komunit'? hija hafna aktar valida minn dik li tinghata fil-maghluq u fl-isptarijiet.
Il-Ministru Deguara fahhar l-inizjattiva tal-Mental Health Association u qal li permezz ta' programmi edukattivi bhal dawn jistghu jinghelbu diversi ostakli li sal-lum zammew diversi proposti milli jkunu attwati fil-prattika.
Louis Deguara enfasizza wkoll l-importanza tal-koperazzjoni li ghandu bzonn il-Gvern mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi biex ir-riforma mahsuba fis-sahha mentali tkun success. Il-Ministru tas-Sahha rega' appella lill-Oppozizzjoni biex tirrikonsidra d-decizjoni taghha u tinnomina membru fil-Kummissjoni Nazzjonali ghar-Riforma tas-Sahha Mentali, stedina li ilha li saret lill-Oppozizzjoni sa minn Jannar li ghadda u li sfortunatament ma gietx accettata.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN