Left arrow Mur Lura

Applikazzjoni dwar il-Progett ghad-Dahla tal-Belt

PR0560
Date Icon 15/04/1999

Din il-gimgha kienet sottomessa lill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar outline development applicationb'konnessjoni mal-pro'ett għad-daħla tal-Belt. B'dan il-mod se jinbeda proċess sħiħ ta' konsultazzjoni pubblika.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu inawgura xogħol ta' restawr li sar fil-faċċata tal-Main Guard fil-Belt Valletta u fil-Coat of Arms li hemm fuq l-istess bini. Ir-restawr tal-faċċata sar minn ħaddiema tal-Gvern taħt id-direzzjoni tal-Perit Norbert Gatt.

B'riferenza għall-pro'ett tad-daħla tal-Belt, il-Ministru Zammit Dimech wera t-tama li jkun hemm parteċipazzjoni wiesa' f'dan il-proċess li għandu jwassal ukoll għal su''erimenti li jistgħu jkunu validi min-naħa tal-pubbliku dwar il-pro'ett kollu, li jinkludi l-bini mill-'did ta' Bieb il-Belt, il-bini ta' Teatru ta' l-Opri fis-sit tat-Teatru Rjal u l-bini mill-'did tal-venda tal-karrozzi tal-linja.

Hu rrifera wkoll għax-xogħol li qed isir f'St James Cavalier, li flimkien mat-Teatru ta' l-Opri se jkun jifforma parti miċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti, u qal li wara li x-xogħol kien waqa' xi ftit lura f'dawn l-aħħar sentejn, issa miexi b'ritmu tajjeb u hu mistenni li l-iżvilupp kollu f'St James Cavalier jitlesta sa tmiem din is-sena.

Hu semma li f'dawn l-aħħar 'ranet ħar'et sejħa għal offerti għall-iddisinjar, manifattura u stallazzjoni ta' tagħmir għat-teatru li se jkun hemm f'St JamesCavalier, kif ukoll sejħa għal applikazzjonijiet biex ikun impjegat Eżekuttiv biex imexxi ċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti.

Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll għal xogħlijiet oħra li qed isiru, fosthom dawk mill-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, biex il-belt kapitali tkompli tingħata dehra isbaħ u biex jitħares il-wirt storiku li fiha.

Filwaqt li faħħar ix-xogħol ta' restawr li sar fil-Main Guard, hu qal li qed tkun kunsidrata l-possibbilt'? li dan il-bini, li bħalissa qed jintuża temporanjament mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali, jinbidel f'mużew b'rabta mal-preżenza Ingliża f'Malta u mar-re'imenti Ingliżi. Għal dan l-iskop di''? qed isiru taħditiet ma' għaqdiet li jistgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom.

Hu fakkar li għal diversi snin dan il-bini kien jintuża mis-suldati Ingliżi li ħallew warajhom memorji tas-sigħat twal li qattgħu 'o fih permezz ta' tpin'ijiet mal-ħitan fl-istess bini. Il-Ministru Zammit Dimech qal li mil-lat storiku dawn it-tpin'ijiet huma uniċi u hemm il-ħsieb li jkunu wkoll restawrati.

Hu semma li se jkunu restawrati wkoll, bl-għajnuna finanzjarja tal-VallettaLions Club, il-funtani li hemm fil-pjazza tal-Main Guard. Għal dan l-iskop qed jitħejja rapport dettaljat mit-Taqsima tar-Restawr.

Barra minn hekk, il-Ministru Zammit Dimech irrifera għal pro'etti oħra li qed jitħejjew mill-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, fosthom dak ta' sistema 'dida ta' l-elettriku għal Triq ir-Repubblika u qal li s-sejħa għal offerti mistennija toħro' fil-jiem li 'ejjin bl-iskop li din is-sistema, li tħejjiet minn disinjatur Franċiż, titlesta sa tmiem din is-sena. Sadattant se jittieħdu miżuri temporanji biex jiżdied l-ammont ta' dwal kemm fi Triq ir-Repubblika, kif ukoll fi Triq il-Merkanti.

Fiċ-ċerimonja ta' dalgħodu tkellem ukoll is-Sur Ray Bondin, Koorindatur Eżekuttiv tal-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow