Titjib fil-Junior Lyceum Giuseppe Despott f'Verdala
Ghal xi zmien matul din is-sena skolastika, il-Junior Lyceum Guzeppi Despott, Verdala, iltaqa' ma' diffikultajiet fl-amministrazzjoni li affettwat id-dixxiplina u deher li l-iskola kienet tenhtieg support mill-amministrazzjoni centrali. Barra minn dan, kien jinhass li l-iskola kienet tenhtieg manutenzjoni u tindif.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor Louis Galea, dahal fil-problema personalment u ha l-inizjattiva bil-ghan specifiku li l-iskola mhux biss terga' tigi ghan-normal fl-iqsar zmien possibbli, izda wkoll li thares 'il quddiem u tkompli titjieb u ssahhah it-tradizzjoni tajba li dejjem kellha fit-taghlim u l-edukazzjoni ta' l-istudenti.
Ghalhekk, il-Ministru Galea waqqaf task force maghmula minn ufficjal gholi mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, flimkien ma' ufficjal mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, kif ukoll persuna teknika, biex l-iskola tinghata s-support mehtieg fl-oqsma li deher li kien hemm bzonn.
Ghal xi gimghat, l-ufficjali hadmu flimkien ma' l-Assistenti Kapijiet ta' l-Iskola u l-istaff kollu u f'qasir zmien jidher li s-sitwazzjoni bdiet gejja ghan-normal fl-ahjar interess ta' l-istudenti u ghas-serhan il-mohh tal-genituri. L-ufficjali sabu s-support kollu mehtieg fit-twettiq tal-missjoni specifika taghhom.
F'qasir zmien sar hafna xoghol ta' manutenzjoni u zebgha biex l-ambjent ikun aktar edukattiv u l-iskola nghatat dehra gdida. Wiehed irid josserva wkoll li hemm pjani biex l-iskola titkabbar, tkun modernizzata u jkollha l-facilitajiet u s-servizzi kollha biex l-istudenti jinghataw l-ahjar edukazzjoni f'ambjent mill-aqwa.
Issa s-Sur Emmanuel Chetcuti sar Kap ta' dan il-Junior Lyceum. L-esperjenza tas-Sur Chetcuti, flimkien mal-kooperazzjoni ta' l-istaff, l-istudenti u l-genituri ghandha tiggarantixxi gejjieni sabih ghal dan il-Junior Lyceum.
L-Iskola Sekondarja Lorenzo Gafa', Fortini
Is-Sur Chetcuti kien Kap ta' l-Iskola Sekondarja Lorenzo Gafa', Fortini, fejn, flimkien ma' l-istaff u l-genituri, wettaq programm ta' zvilupp ghall-gid ta' l-istudenti. Se jkompli jmexxi l-iskola tal-Fortini l-Assistent Kap, is-Sur Horace Caruana, li dejjem hadem mill-qrib mas-Sur Chetcuti u m'ghandux ikun hemm dubju li l-iskola Lorenzo Gafa' tkompli fit-triq tas-success li qabdet matul dawn l-ahhar snin.
Fl-Iskola Lorenzo Gafa' ukoll bhalissa qed issir estensjoni u tishih tal-facilitajiet biex l-istudenti jkollhom l-ahjar opportunitajiet biex jimxu 'l quddiem fl-istudju u l-edukazzjoni taghhom.
Kemm il-Junior Lyceum Guzeppi Despott, kif ukoll l-Iskola Sekondarja Lorenzo Gafa', se jkomplu jinghataw l-ghajnuna kollha li jehtiegu biex dak li twettaq s'issa jkompli jissahhah.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN