Il-Ministru tal-Finanzi jiddeplora r-reazzjoni tal-Kap ta' l-Oppozizzjoni ghal bejgh tax-"shares" tal-Mid Med Bank plc
Ir-reazzjoni tal-Kap ta' l-Oppozizjoni dwar il-bejgh tal-Mid Med Bank hi ta' min jiddeploraha, meta dan suppost jaf li jiena ghamilt dak kollu possibbli mhux biss biex inzomm lill-poplu nfurmat kemm stajt, imma wkoll iltqajt mal-kelliem ewlieni tal-Oppożizjoni għall-Finanzi u tajtu l-informazzjoni kollha.
Ta' min jgħid li wara li l-'imgħa li għaddiet jiena tlabt laqgha ma' l-Onor Leo Brincat biex ninfurmah bil-ftehim li qiegħed jintlaħaq, dalgħodu ltqajt mieghu u tajtu d-dettalji li s'issa ma nistgħux nagħmlu pubbliċi. Spjegajtlu wkoll il-motivazzjoni tal-Gvern wara dan il-ftehim. Dan għamiltu mhux għax kostrett imma għax inħoss li f'dan il-każ l-Oppożizjoni kellha ti'i nfurmata b'dak li kien qiegħed ji'ri.
Nemmen li dan il-ftehim hu ta' 'id kbir għal pajjiżna. Fost l-oħrajn:
Huwa dikjarazzjoni ta' fiduċja f'pajjiżna minn wieħed mill-akbar banek internazzjonali. Bank li talab liċenzja biex jaħdem f'Malta fl-1995 u beda l-operazzjoni tiegħu fl-1996. Allura ilu jaħdem fostna, u għalhekk ilu jafna tajjeb għal fuq it-tlett snin.
Huwa l-akbar investiment barrani li qatt sar f'pajjiżna.
Se jagħti lok għal żvilupp qawwi fis-sistema bankarja tagħna. Modernizzazzjoni ta' vera.
Se jagħti opportunitajiet kbar lill-ħaddiema kollha tal-bank f'dak li hu taħri' u żvilupp tal-karriera tagħhom.
Se jiftaħ servizzi 'odda w aktar kompetittivi għas-setturi kollha ekonomiċi f'pajjiżna.
Se jpo''i lill-pajjiżna fuq bazi aktar soda f'dak li hu investiment barrani, permezz tal-klijentela vasta mondjali li għandu dan il-bank.
'?al dan kollu, il-Gvern bħalma jiena di'a' għidt lill-istampa l-'imgħa l-oħra, m'għandu l-ebda o''ezzjoni li jiddiskuti d-dettalji ta' dan il-ftehim fiż-żmien opportun u qabel ma ji'i finalizzat il-bejgħ tal-ishma f'Mejju li 'ej.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN