Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo dwar l-ghoti ta' servizzi l-iktar essenzjali lill-Konsumatur nhar ta' Hadd
B'sodisfazzjon ninnota li d-diskussjoni dwar il-htiega tal-ftuh tal-hwienet nhar ta' Hadd jidher li qieghda ssir prijorita ghas-settur tan-negozju.
Pero biex ma jkunx hemm min jitfixkel, f'dan l-istadju meta qeghdin insemmu hwienet, mhux qedin nirreferu ghal kull settur tan-negozju izda ghall-izjed settur tan-negozju essenzjali, hawn nirreferi kif diga' kont ghidt fl-ewwel Stqarrija ghall-Istampa fuq is-suggett, dawk in-negozji l-izjed essenzjali bhal ma huma stationers u grocers.
Nahseb ghadu mhux il-waqt li f'pajjizna jifthu l-ironmongers jew il-hwienet tal-hwejjeg, l-ghamara etc, izda jista' jkun wasal il-waqt li nressqu l-emendi fil-ligi biex l-stationers, dawk li jbieghu s-souvenirs, dawk li jiddeciedu jifthu biex ibieghu groceries, helu etc jkunu jistghu jifthu bla ma jiksru l-ligi.
Ikun ferm interessanti jekk nisimghu l-Ghaqdiet tal-Konsumaturi x'ghandhom x'jghidu, nisimghu l-Ghaqdiet li jirraprezentaw il-haddiema li jahdmu fil-hwienet, u l-bejjiegha li huma mizmuma mil-ligi milli jifthu.
Huwa ferm tajjeb li nzommu f'mohhna l-valuri Nsara, izda jekk sa nitkellmu dwar dawn il-valuri Nsara f'dan id-dibattitu ejjew naraw li nkomplu nitkellmu dwar dawn il-valuri f'kull dibattitu iehor li jista' jkollna ghaliex il-valuri Nsara m'humiex tal-lastiku li tuzaghhom x'hin jaqbillek.
Nissuggerixxi li dan id-dibattitu ikompli, jsir bl-ghaqal u nzommu f'mohhna li rridu nbiddlu r-regoli ta' kif qieghed isir in-negozju. Dan id-dibattitu ghandu jkompli fid-dawl ta'htiega t'emendi fil-ligi biex insahhu s-suq hieles fejn is-sodisfazzjon tal-konsumatur hija prijorita u n-negozju jrid ikun ta' servizz ghall-konsumatur f'kompetizzjoni gusta. Irridu naraw 'l quddiem, it-tnehhija tal-price orders u kull xkiel ta' negozju iehor li s'issa qeghdin izommu s-suq milli jkun daqstant hieles u kompetittiv.
Ejjew inkomplu niddiskutu il-gejjieni tas-suq taghna b'sincerita lejn il-rejalta, li z-zminijiet qeghdin jinbidlu u t-tibdiliet iridu jsiru biex s-suq ikun kapaci jaqdi ahjar lill-konsumatur.
Din hija r-reazzjoni tieghi ghar-rapporti li qeghdin isiru dwar id-dibattitu li ghaddej dwar il-hinijiet tal-Ftuh tal-Hwienet ta' nhar ta' Hadd. Fih innifsu dan it-titlu jkun ukoll zbaljat u nissuggerixxi li ghandu jkun dibattitu dwar l-ghoti ta' servizzi l-izjed essenzjali lill- Konsumatur nhar ta' Hadd.
Is-suggett f'dan id-dibattitu mhumiex il-hwienet kollha u hadd ma hu qieghed jissuggerixxi li nifthu n-negozji kollha izda li nkunu kapaci nirrispondu ghal htigijiet l-izjed immedjati u ngharfu nirrispondu ghas-sinjali taz-zminijiet tas-suq f'pajjizna, b'rispett lejn is-servizz kif mehtieg mill-konsumatur.
Din l-istqarrija intbaghtet is-Sibt 10/04/99 mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo li jinsab fuq zjara fl-Istati Uniti ta' l-Amerika.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN