Ic-Celebrazzjonijiet tal-Millenju f'Ghawdex
Nhar is-7 t'April 1999 il-Ministru ghal Ghawdex, Giovanna Debono ipprezentat l-ittri tal-hatra lill-membri tal-Kumitat ghac-Celebrazzjonijiet tal-Millenju f'Ghawdex. Dan il-Kumitat imwaqqaf fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex ghandu l-irwol tieghu li jorganizza attivitajiet f'din l-okkazzjoni unika, jibda inizjattivi li jitkomplew tul il-Millenju l-gdid u jissuggerixxi u jikkordina progetti u attivitajiet proposti minn entitajiet u ghaqdiet f'Ghawdex. Il-Kumitat Celebrazzjonijiet tal-Millenju f'Ghawdex ghandu bhala Chairman lil Kevin Sciberras filwaqt li Charles Zammit huwa s-Segretarju Ezekuttiv u ghandu bhala membri rapprezentanti mill-Kunsill tal-Kultura, Kumitat Festi Nazzjonali, Kunsilli Lokali, Zghazagh u Edukazzjoni.
L-ewwel inizjattiva ta' dan il-Kumitat hija sejha lill-ghaqdiet, entitajiet governattivi u mhumiex u individwi Ghawdxin sabiex jissottomettu proposti, suggerimenti u idejat ghal attivitajiet u progetti li jistghu jsiru f'dawn is-sentejn. Dan ghandu jsir bil-miktub lis-Segretarju Kumitat Celebrazzjonijiet tal-Millenju, Ministeru ghal Ghawdex, Pjazza San Frangisk, Victoria, sas-Sibt 8 ta' Mejju 1999.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN