Tnehhija ta' wires tat-telefon mill-Belt Valletta
Il-Maltacom plc., qieghda tevalwa l-possibilita' li sa tmiem din is-sena jitnehhew il-"wires" tat-telefon minn mal-hitan tal-bini fil-Belt Valletta, minghajr il-htiega li jinqalghu it-toroq tal-belt.
Il-Kumpanija qabbdet esperti barranin biex iwettqu testijiet fuq modi godda ta' komunikazzjoni. Bil-kollaborazzjoni ta' l-ufficcju tar-Regolatur tat-Telekomunikazzjoni, fi hdan il-Ministeru ghat-Trasport u Komunikazzjoni, inhargu l-permessi mehtiega. Qieghda tigi valutata il-possibilita' li ghajr ghall-ahhar parti tal-linji, jigifieri dawk li jidhlu god-dar, in-"Network" ikun wiehed minghajr fili.
Jekk dan il-mod jinstab li hu vijabbli u ghalhekk isir b'dan il-mod, il-Maltacom apparti li tiffranka ammont ta' flus konsiderevoli fi thaffir ta' trinek mal-Belt kollha, tiffranka ukoll l-inkonvenjent u hsara li xoghol tat-trinek igib mieghu.
Fuq kollox, din is-sistema barra milli ttejjeb is-servizz b'mod sostanzjali, toffri ukoll varjeta u valur addizzjonali ta' servizzi lill-pubbliku u b'mod specjali lill-komunita kummercjali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN