Left arrow Mur Lura

Interess qawwi fl-Istati Uniti biex Malta tintuza bhala Port ghal Cruises

PR0534
Date Icon 10/04/1999

Diversi kumpanniji Amerikani qed juru interess li jibdew jużaw lil Malta bħala port minn fejn jibdew u jispiċċaw cruises organizzati minnhom, jew li jinkludu lil Malta fil-programmi tagħhom. Dan l-interess intwera waqt il-parteċipazzjoni tal-konsorzju VISET fis-Sea Trade Convention, li saret dan l-aħħar f'Miami.

L-iskop ewlieni tas-sehem tal-VISET f'din il-Konvenzjoni kien li tniedi l-pro'ett tal-cruise liner passenger terminal li se tibni fil-Port il-Kbir.

Dan żvelah il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu kien qed jitkellem fil-ftuħ ta' 'nien 'did f''?al Għargħur. Dan il-'nien "Ġnien il-Paċi" sar bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Ambjent, flimkien mal-Kunsill Lokali ta' '?al Għargħur.

Hu qal li l-interess li qed jintwera fi pro'ett bħal dan ikompli jgħin biex il-Gvern ikompli għaddej bil-ħidma tiegħu, ħalli dan il-pro'ett jibda jitwettaq fl-aqsar żmien possibbli.

Hu irrifera wkoll għall-ħidma li qed ssir biex jibdew jitwettqu pro'etti oħra, fosthom dawk tal-Cottonera u ta' Manoel Island u Tign'? u, dwar dan ta' l-aħħar, wera t-tama li x-xahar id-dieħel ikun iffirmat il-ftehim preliminari tal-konsorzju MIDI.

Il-Ministru Zammit Dimech semma l-problema li għadha teżisti fin-naħa ta' fuq ta' Malta kawża tal-miżbla tal-Magħtab u qal li dan l-aħħar twaqqaf kumitat magħmul minn rappreżentanti tad-Dipartimenti kollha konċernati, bl-iskop li sa tmiem din is-sena titħejja politika nazzjonali dwar il-proċess kollu marbut ma' l-iskart, mill-'bir sa meta wieħed jiddisponi minnu.

Hu tkellem ukoll dwar is-sehem tal-Kunsilli Lokali għall-'id tal-lokalit'? tagħhom u qal li dan il-Gvern se jkompli jagħti l-appo'' sħieħ tiegħu lill-Kunsilli biex ikomplu jissaħħu u biex ikun jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom b'aktar faċilt'?.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li anki permezz ta' pro'etti li joffru faċilitajiet ta' rikreazzjoni, bħal m'hu l-'nien li qed ikun inawgurat, il-Gvern qed ikompli juri xhieda ta' l-impenn tiegħu lejn ambjent isbaħ f'pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow