Il-Gvern Malti joffri li jaccetta 100 refugjat mill-Kosovo
Il-Gvern Malti qed joffri li joħro' Visa b'xejn lil mitt refu'jat li bħalissa jinsabu fil-fruntiera bejn il-provinċja tal-Kosovo u l-Maċedonja.
Il-UNHCR uriet l-apprezzament tagħha għall-'est ta' Malta li qed tagħti l-għajnuna kollha li tista' f'dan il-mument diffiċli.
Il-Ministru ta' l-Intern, Dr Tonio Borg, qal li Malta, bħala pajjiz zgħir, lesta li tagħmel l-almu tagħħa kollu biex tagħti l-għajuna meħtie'a lill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti f'din il-problema internazzjonali.
Huwa qal li l-Gvern, minbarra li se jaċċetta mitt refu'jat mill-Kosovo, se jaħseb ukoll għall-edukazzjoni u s-servizzi mediċi li jkollhom bżonn mingħajr ħlas, kif jaghmel mar-refu'jati l-oħra li di'a` huma f'pajjiżna. Huwa kompla li l-għaqdiet volontarji, partikolarment il-UNHCR se jaħsbu għall-akkomodazzjoni tagħhom.
Il-Ministru qal li Malta minn dejjem tat il-kontribut tagħha f'sitwazzjonijiet bħal dawn. Biżżejjed wieħed isemmi l-kontribut li ta pajjiżna matul il-gwerra tal-Golf Għarbi, meta kien offra li jilqa' numru kbir ta' refu'jati Iraqqini.
Il-Ministru ta' l-Intern kompla jgħid li Malta, fejn jidħlu refu'jati, qed tmur oltre mill-obbligi internazzjonali tagħha, billi toffri kenn anke għal refu'jati li ji'u minn pajjizi m'hux Ewropej.
Il-Ministru Borg irringrazzja wkoll lill-Kummissjoni Emigranti li kienet strumentali biex tgħin lill-Gvern Malti biex jilqa' r-refu'jati mill-Kosovo f'pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN