Il-Ministru ghal Ghawdex tindirizza Seminar Nazzjonali dwar l-Anzjani
Fl-okkazjoni tas-Sena ddedikata lill-Anzjani min-Nazzjonijiet Uniti, il-Ministeru ghal Ghawdex, flimkien mac-Centru ta' l-Universita' f' Ghawdex u l-Focal Point Nazzjonali hejja seminar nazzjonali bhala parti mill-programm ta' attivitajiet illi ser isehhu fil-gzira Ghawdxija matul din is-sena.
Fid-diskors tal-ftuh, il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono, semmiet illi hekk kif qal Kofi Annan, is-Segretarju Generali tan-Nazzjonijiet Uniti, din is-sena ghandha sservi sabiex jibdew jintlahqu zewg skopijiet principali. Trid tinghata harsa mill-gdid u jigu apprezzati aktar ir-rwoli, il-kisbiet u l-partecipazzjoni attiva u kontinwa ta' l-anzjani, illi huma rizors importanti fis-socjet'?. Din is-sena trid isservi wkoll bhala bidu sabiex insibu soluzzjonijiet aktar efficjenti, illi permezz taghhom nistghu nindirizzaw ir-rivoluzzjoni demografika, li l-effett taghha hu li l-popolazzjoni dinjija qed issir aktar anzjana. Skond il-Population Fund tan-Nazzjonijiet Uniti, fil-prezent 560 miljun persuna madwar id-dinja ghandha aktar minn sittin sena. Din il-figura mistennija titla' ghal 1.4 biljun ruh sas-sena 2020, zieda ta' 230 fil-mija mill-1980 'l hawn.
Waqt dan is-seminar, il-Ministru ghal Ghawdex habbret illi fl-ahhar jiem ta' dan ix-xahar, ser jinfetah Day Centre ghall-anzjani f'Ghawdex, fuq bazi regjonali mill-Ministeru ghal Ghawdex b'kollaborazzjoni mal-Kurja ta' l-Isqof fi hdan id-Djocesi Ghawdxija, flimkien mal-maggor parti tal-Kunsilli Lokali Ghawdxin. Hija habbret ukoll illi f'Ottubru li gej, jigifieri fil-bidu tas-sena skolastika illi jmiss, ser tibda tiffunzjona l-Universit'? tat-Tielet Et'? fic-Centru ta' l-Universit'? f' Ghawdex. Fil-prezent, il-Ministeru ghal Ghawdex qed jistudja wkoll id-domanda ghas-servizz tal-Meals on Wheels mill-anzjani Ghawdxin, kif ukoll l-ahjar mod ta' kif dan is-servizz jista' jigi introdott u pprovdut f'Ghawdex.
Matul dan is-seminar gew diskussi fost l-ohrajn suggetti konnessi ma' aspetti demografici u ekonomici, sahha, kura residenzjali, edukazzjoni ghat-tielet et'? u folklore.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN