Il-Gvern u l-KOM ser jitolbu biex il-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar ta' l-Ewropa tas-sena 2003 isiru f'Malta
Il-Gvern Malti, flimkien mal-Kumitat Olimpiku Malti, waqt il-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar ta' l-Ewropa li ser isiru f'Leichenstein f'Mejju li gej sejrin jaghmlu talba sabiex fis-sena 2003 dawn il-loghob ikunu organizzati f'Malta.
Il-Gvern lest li jidhol ghal dan l-impenn ghax jemmen li huwa biss bil-partecipazzjoni f'kompetizzjoni bhal dawn li l-isport f'pajjizna jimxi 'l quddiem. Il-progress registrat f'diversi dixxiplini sportivi hu evidenti ferm minn meta Malta bdiet tippartecipa f'dawn il-kopetizzjonijiet. Dan kompla zdied bl-investiment kapitali enormi li kien sar sabiex dawn il-loghob kienu organizzati f'Malta fl-1993.
Il-preparazzjonijiet ghall-organizzazzjoni tal-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar f'Malta jgib mieghu investiment fuq diversi livelli. L-attivita` sportiva kbira qabel u waqt dawn il-loghob iservi ta' reklam tajjeb ghal diversi tfal u zghazagh biex jibdew jew ikomplu jipprattikaw xi dixxiplini sportivi bis-serjeta` filwaqt li jgholli l-isem ta' Malta fid-dinja sportiva. Attivita' bhal din tiggenera maghha hafna attivitajiet ohra indiretti bhal turizmu sportiv u pubblicita' li zgur ikunu ta' beneficcju ghall-pajjiz b'mod generali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN