Left arrow Mur Lura

Organizzati ezercizzi fizici ghall-anzjani

PR0507
Date Icon 06/04/1999

Is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Rabat u d-Depiro Leisure Club Rabat, flimkien mat-taqsima tal-Physiotherapy ta' St. Vincent De Paule Residence, Luqa, hadmu biex jibdew sensiela ta' "Physical Exercises for Older Persons". Dan fl-isfond tal-Gurnata Dinjija tas-Sahha, "WORLD HEALTH DAY", ghada 7 ta' April. "ACTIVE AGEING MAKES THE DIFFERENCE" huwa l-motto tan-Nazzjonijiet Uniti ghal din il-gurnata.

Antoine Mifsud Bonnici qal li l-programm jikkonsisti f'2 lezzjonijiet fil-gimgha ghal 10 gimghat. Il-partecipanti jinqasmu fi gruppi ta' 20, u kull lezzjoni ddum madwar 40 minuta. Il-lezzjonijiet jibdew b'ezercizzi fizici ta' 35-40 minuta kull wiehed, sabiex izommu lill-anzjani attivi fizikament. Wara jinghata lecture ta' 20-30 minuta ta' informazzjoni generali lill-partecipanti, p.e. is-Servizzi li jipprovdi l-Gvern - pensjonijiet, sigurta` socjali, x'inhu l-ahjar ikel ghall-anzjani, etc.

Min japplika ghal dawn il-lezzjonijiet jigi ccertifikat minn tabib, u nurse tat-Taqsima Planning tad-Dipartiment tas-Sahha. Waqt l-ezercizzi dejjem ikun prezenti fizjoterapista. Il-lezzjonijiet isiru fl-Imtarfa Day Centre.

Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lil Kunsill Lokali Rabat li laqa' din il-proposta, lil Depiro Leisure Club li pprovdew il-Gymnasium u l-apparat taghhom, lil Health Promotion Unit tad-Dipartiment tas-Sahha, kif ukoll lit-taqsima tal-Physioterapy ta' SVPR, u awgura kull success f'din l-attivita` gdida ghal pajjizna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow