Ftuh ta' negozji fil-Hdud u l-Festi
F'laqgha li kellu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ma' sidien tal-hwienet, saret riferenza ghall-ezercizzju li ghamlet il-Pulizija biex tinforza l-ligi tal-hinijiet tal-Ftuh ta' Negozji fi Hdud u Festi Kollha. Dan sar anke fuq pressjoni tal-G.R.T.U biex tigi nfurzata din il-ligi.
"Issa huwa l-waqt li jibda dibattitu fejn nistaqsu dwar il-htiega li l-hwienet jifthu nhar ta' Hadd," qal is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo. "Il-konsumatur ghandu bzonn li jkollu l-hwienet l-aktar essenzjali miftuha nhar ta' Hadd?" kompla jistaqsi s-sur Vassallo.
"Ghaldaqstant nixtieq li dan id-dibattitu jinvolvi fih kemm ghaqdiet tal-konsumaturi kif ukoll ghaqdiet tas-sidien tal-hwienet. Id-diskussjoni pubblika ghandha tkun mahsuba sabiex tara kif il-konsumatur ikun aktar moqdi waqt li s-settur kummercjali jkun fl-ahjar pozizzjoni biex bl-aktar mod efficjenti jipprovdi l-ahjar servizz lill-konsumatur. B'hekk ikollna settur kummercjali li jkun qed jirrispondi bl-ahjar mod possibbli l-htigijiet tal-konsumatur."
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo meta kien qed jindirizza numru ta' sidien ta' hwienet li gew biex jilmentaw mieghu wara li l-bierah gew imgieghla jaghlqu n-negozju taghhom mill-pulizija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN