Left arrow Mur Lura

Attivitajiet organizzati mill-Ministeru ghal Ghawdex flimkien mal-Focal Point Nazzjonali ghas-Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani

PR0484
Date Icon 30/03/1999

Fl-okkazjoni tas-Sena ddedikata lill-Anzjani min-Nazzjonijiet Uniti, il-Ministeru ghal Ghawdex flimkien mal-Focal Point Nazzjonali hejja programm ta' attivitajiet illi ser isehhu gewwa l-gzira Ghawdxija.

L-anzjani huma parti integrali mis-socjeta' Ghawdxija. Filwaqt illi f'Malta u f'Ghawdex flimkien, l-anzjani jaghmlu 18.4% tal-popolazzjoni, l-anzjani jaghmlu 24.3% tal-popolazzjoni Ghawdxija.

L-attivitajiet ser jibdew ufficjalment il-gimgha d-diehla b'seminar nazzjonali fl-Imgarr Hotel, b'kollaborazzjoni bejn il-Ministeru ghal Ghawdex, il-Focal Point Nazzjonali u c-Centru ta' Universita' f'Ghawdex. Matul dan is-seminar ser jigu diskussi fost l-ohrajn suggetti konnessi ma' aspetti demografici u ekonomici, sahha, kura residenzjali, edukazzjoni ghat-tielet eta' u folklore.

Il-programm ser jinkludi attivitajiet edukattivi u informattivi, socjali u kulturali kemm ghall-anzjani infushom, kif ukoll ghall-membri l-ohra kollha tas-socjeta`. Il-hargiet ghall-anzjani, kemm fuq bazi regolari, kif ukoll f'okkazjonijiet specjali bhall-Gimgha Mqaddsa, Jum l-Omm, Jum il-Missier, Jum l-Anzjani u fil-Festi ta'l-Irhula matul ix-xhur tas-sajf jiffurmaw parti integrali tal-programm. Ser tinzamm ukoll Sports Day b'differenza, fuq bazi regjonali ghat-tfal ta' l-iskejjel primarji u l-anzjani flimkien.

Matul Ottubru ta' din is-sena f'Ghawdex ser ikun hemm gimgha shiha ta' attivitajiet ghall-anzjani, li matulha ser tittella Hobbies Exhibition fejn l-anzjani ser ikollhom l-opportunita` li jesebixxumemorabilia u oggetti ohra mill-passat. Ser jigu organizzati stalls fejn l-anzjani jkollhom l-opportunita` li jaghtu dettalji dwar l-oggetti esibiti lill-membri tal-pubbliku. Ser jittellghu ukoll Lejla Tradizzjonali, Lejla Muziko-Letterarja kif ukoll esibizzjonijiet ta' l-arti u fotografija.

Aktar tard din is-sena ser jigi organizzat f'Ghawdex l-ahhar seminar organizzat mill-Kunsill Nazzjonali ta' l-Anzjani u l-Focal Point Nazzjonali. Dan is-seminar ser iservi bhala riflessjoni dwar l-attivitajiet fl-okkazjoni tas-Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani.

Il-Ministeru ghal Ghawdex huwa rraprezentat fil-Focal Point Nazzjonali. Gie mahtur ukoll sotto-kumitat ta' dan il-Focal Point fi hdan il-Ministeru ghal Ghawdex sabiex jikkordina dawn l-attivitajiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow