Left arrow Go Back

Inawgurata Pjazza Repubblika fil-Qala, GhawdexInawgurata Pjazza Repubblika fil-Qala, Ghawdex

PR0475
Date Icon 29/03/1999

Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono, ricentement attendiet ghall-inawgurazzjoni ta' progett mill-Kunsill Lokali tal-Qala, li jikkonsisti f'kostruzzjoni ta' roundabout u traffic islands u tqeghid ta' l-istatwa ta' San Guzepp f'nofs ir-roundabout fi Pjazza Repubblika.

Ic-cerimonja bdiet b'marc mill-‘Ghaqda Muzikali Qala' mat-toroq Mithna, Wied Simar u ntemm fi Pjazza Repubblika. Fid-diskors tieghu, is-Sindku Paul Buttigieg elenka x-xoghol ta' din il-Pjazza, kif ukoll xoghlijiet u progetti ohra li qed jippjana li jaghmel il-Kunsill. Ix-xoghol huwa kwazi kollu maghmul mill-haddiema tal-Gvern, specjalment dawk tas-CMU, l-MSS u ta' l-Agrikoltura.

Wara sar diskors kommemorattiv minn Rev. Dr. Joseph Bezzina dwar l-origini tal-monument ta' San Guzepp. Fi tmiem ic-cerimonja, il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono ghamlet id-diskors taghha, fejn insistiet fuq il-koperazzjoni bejn ic-cittadini u l-kunsilliera lokali tal-post.

Wara d-diskors sar il-kxif tal-lapida ta' tifkira, li giet mbierka mill-Arcipriet Dun Karm Refalo. Fl-ahhar saret ghotja ta' donazzjoni mill-Kunsill lil Marija Buttigieg, f'isem l-Ghaqda Handikappati Ghawdxin; donazzjoni migbura minn attivitajiet li l-Kunsill jorganizza minn zmien ghal iehor. Tqeghdu wkoll fjuri mal-monument ta' San Guzepp mill-Ministeru ghal Ghawdex, il-Kunsill Lokali u l-ghaqdiet kollha tar-rahal. Ic-cerimonja ntemmet bid-daqq ta' l-Innu Malti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow