Left arrow Go Back

Laqghat mas-Sidien tal-Barrieri tal-qawwi

PR0473
Date Icon 27/03/1999

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onorevoli Edwin Vassallo, il-bierah kellu laqghat individwali ma' 15-il sid tal-barrieri tal-qawwi. Ghal dawn il-laqghat kien hemm prezenti wkoll ic-Chairman tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini, il-Perit Robert Musumeci, ir-rapprezentant tas-sidien tal-barrieri fil-G.R.T.U., is-Sur Emanuel Aquilina u ufficjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.

F'kull kaz gew diskussi l-problemi individwali li kull sid ghandu pendenti ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Fil-laqghat tal-lum mas-sidien intlahaq ftehim rigward x'passi jehtieg jittiehdu sabiex kull kaz ikun regolarizzat. Ghaldaqstant, kull sid se jkun jista' jippjana l-hidma tieghu bil-ghajnuna tal-ftehim li ser jintlahaq ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ladarba jkunu finalizzati l-applikazzjonijiet ghall-permessi mehtiega kif mitluba mill-istess Awtorita'.

Laqghat bhal tal-lum diga' gew organizzati ghall-ewwel gimgha ta' Mejju li gej, fejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ser terga' tiltaqa' biex tkompli tiggwida lil dawn is-sidien u tara li dawk il-passi mehtiega qeghdin jittiehdu. Dawn il-laqghat qeghdin isiru fuq l-inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari Vassallo, flimkien ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, biex naraw li mas-settur tal-barrieri, l-Awtorita' tibqa' tahdem mill-qrib sabiex tara li fil-waqt li l-ambjent ikun imhares, ir-regoli jkunu rrispettati, niehdu mill-barrieri tal-qawwi l-izjed li nistghu. Hekk in-negozju ta' dawn is-sidien ikun imhares u ggwidat biex jibqa' jirrendi l-ahjar servizz bl-aktar mod efficjenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow