Stqarrija mill-Ministru ghat-Turizmu: Il-Hospitality & Leisure Division tal-GRTU qatt ma gabret kopja tad-Draft tal-ligi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaggar u tat-Turizmu ghal Malta
PR0468
26/03/1999
B'referenza ghall-istqarrija mahruga fis-26 ta' Marzu, 1999, mill-Kumitat tad-Divizjoni tal-Hospitality and Leisure tal-GRTU, il-Ministru ghat-Turizmu, Michael Refalo, ifakkar li l-Abbozz ta' Ligi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaggar u tat-Turizmu ghal Malta, bhalissa quddiem il-Parlament, hu radikalment mibdul minn kif kien imressaq fil-Kamra tad-Deputati mill-Amministrazzjoni ta' qabel.
Il-Ministru Refalo, jerga jsostni li dwar l-Abbozz li hemm fuq l-Agenda tal-Kamra, il-GRTU ma ghamlitlu l-ebda suggerimenti jew sottomissjoni. Jidher ukoll li l-GRTU ma hassetx il-htiega tigbor kopja tad-‘Draft' meta l-Ministeru stieden lil kull min kien interessat biex jaghmel is-suggerimenti tieghu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN