Kull min izur Ghawdex ghandhu jhossu milqugh u rispettat
Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor Giovanna Debono, iltaqgħet mad-diversi uffiċjali nkarigati minn servizzi soċjali u infrastrutturali f''?awdex. Il-laqgħa saret bil-għan li jigi assigurat li dawn is-servizzi jitħaddmu u jingħataw bl-aktar mod effiċjenti possibbli matul is-sena kollha izda b'mod partikulari fil-jiem li 'ejjin meta għadd kbir ta' Maltin u barranin iżuru lil '?awdex.
Il-Ministru Debono qalet li t-turiżmu huwa s-sinsla ta' l-ekonomija ta' '?awdex. Huwa d-dmir ta' kull min hu responsabbli li jiżgura mhux biss li l-gżira tinżamm dejjem b'dehra tajba ta' organizzazzjoni u ndafa iżda ukoll li s-servizzi kollha jingħataw fil-pront u b'effiċjenza. Hija saħqet li s-servizzi li noffru jridu jingħataw mill-perspettiva ta' min jużahom. Irridu naċċertaw li kull min iżur '?awdex iħossu milqugħ u rispettat. Irridu li aktar Maltin u barranin jigu fostna, issokktat il-Ministru.
Sadanittant il-Ministeru għal '?awdex javza li kull min ikollu bżonn servizzi pubbliċi b'emergenza wara l-hinijiet tax-xogħol kif ukoll fil-'?dud u l-Festi Pubblici għandu jċempel fuq in-numru tat-telefon 561482 fejn ikun hemm uffiċjal inkarigat apposta biex jieħu l-passi neċessarji fl-iqsar żmien possibbli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN