Left arrow Mur Lura

Iffirmat ftehim bejn l-Akkademja Mediterranja ghall-istudji Diplomatici u l-UNEP

PR0460
Date Icon 26/03/1999

Il-Gvern Malti mhux biss se jkompli jappo''ja b'kull mod l-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi, iżda hu impenjat li jara li din tkompli tespandi u tissaħħaħ fil-ħidma tagħha.

Dan stqarru l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu ippresieda l-iffirmar ta' memorandum of understanding bejn din l-Akkademja u l-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP).

Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li din l-Akkademja twaqqfet fl-1990 bis-saħħa ta' ftehim bilaterali li kien sar bejn il-Gvernijiet ta' Malta u l-Isvizzera, li mhux biss jiffinanzjawha kull sena, iżda wkoll huma impenjati li jfittxu l-involviment ta' pajjiżi oħra fil-Mediterran u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ħalli l-Akkademja tabilħaqq tingħata bixra re'jonali u internazzjonali.

Hu żied li l-ħtie'a għal istituzzjoni bħal din, fejn dawk li jkunu jixtiequ jsegwu karriera fil-qasam diplomatiku jkunu jistgħu jingħataw taħri' meħtie', kienet ilha tinħass. Hu qal li m'għandu l-ebda dubju li fid-disa' snin li l-Akkademja ilha tiffunzjona kienu ħafna l-Maltin u barranin fir-re'jun tal-Mediterran li ibbenefikaw mit-taħri' li qed jingħata.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li kienet deċiżjoni ferm għaqlija li din l-Akkademja twaqqfet bejn l-Universit'? ta' Malta u l-Istitut tal-Gradwati għall-Istudji Internazzjonali ta' Ġinevra, peress li dan ta' l-aħħar ilu s-snin twal involut fit-taħri' ta' diplomatiċi, minbarra li jispeċjalizza fid-diplomazija multilaterali u fis-sigurt'? internazzjonali.

Hu semma wkoll li filwaqt li l-Italja di''? qed tisponsorja Chair tad-Diplomazija u Relazzjonijiet Mediterranji, jidher li l-isforzi li qed isiru biex ikunu involuti aktar pajjiżi tal-Mediterran se jwassal biex jidħol sħab ukoll il-Gvern Tuneżin.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-kooperazzjoni min-naħa tal-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP) bdiet fl-1994 u din l-a'enzija damet sa l-1996 tisponsorja Chair tal-Li'ijiet Ambjentali. Hu spjega li l-iskop tal-ftehim li kien iffirmat illum hu li mhux biss tkompli tkun garantita din il-kooperazzjoni iżda wkoll li din tiżviluppa f'ħidma li permezz tagħha tkompli titqajjem kuxjenza akbar dwar il-problemi ambjentali, b'mod partikolari fir-re'jun tal-Mediterran.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow