Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari Antoine Mifsud Bonnici jzur lil zewg anzjani li ghalqu 101 sena

PR0452
Date Icon 25/03/1999

Illum il-Hamis, 25 ta' Marzu 1999, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr. Antoine Mifsud Bonnici, ghamel zjara u pprezenta rigal lil zewg anzjani li ghalqu 101 sena.

Maria Muscat li llum ghalqet 101 sena, tghix fil-Mosta Home, tikkomunika sewwa man-nies, thobb taqra l-gazzetti, u hija socjevoli hafna. Maria, li hija xebba, ghada sal-gurnata tal-lum fuq saqajha. Hi kienet tghix ma hutha gewwa l- Wardija, kienet mara tal-ghelieqi u thobb hafna l-kampanja. Fil-fatt Maria dejjem tkun minn ta' l-ewwel fil-hargiet li jigu organizzati ghall-anzjani.

Fir-Residenza ta' San Vincenz De Paule, is-Segretarju Parlamentari zar lil Annunzjata Vassallo, li llum ukoll ghalqet 101 sena. Hija dahlet f'din ir-Residenza fl-1979. Hija mizzewga izda ma kelliex tfal.

Is-Segretarju Parlamentari Antoine Mifsud Bonnici inawgura wkoll wirja ta' vari tal-Gimgha l-Kbira, platti simbolici mahduma bil-melh, u xenarju iehor tal-Gimgha Mqaddsa, fil-Kumpless Ruzar Briffa 2B. Ghar-raba' sena konsekuttiva din il-wirja qed tittella' bil-hidma ta' l-istaff tal-RB 2B. Dr Mifsud Bonnici semma d-dedikazzjoni ta' l-istaff ta' din is-sala, li hi xi haga ta' min japprezzaha u jfahharha, l-aktar meta wiehed iqis li hafna xoghol sar fil-hin liberu taghhom u anke b'donazzjonijiet minn buthom. Dan kollu qed isir biex ir-residenti jidhlu fl-ispirtu ta' din il-grajja kbira u anke biex tkompli titjieb aktar l-‘image' ta' San Vincenz De Paule.

Fl-ahhar nett is-Segretarju Parlamentari ha l-okkazzjoni biex jawgura ‘l-Ghid it-Tajjeb' lil kulhadd specjalment lill-istaff u l-familji taghhom, kif ukoll lir-residenti kollha ta' San Vincenz u l-qraba taghhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow