Il-Ministru ghat-Turizmu Dr. Michael Refalo iwiegeb stqarrija tal-Kumitat tal-Hospitality and Leisure tal-GRTU
B'referenza ghall-istqarrija mahruga l-bierah, 23 ta' Marzu 1999, mill-Kumitat tad-Divizjoni tal-Hospitality and Leisure tal-GRTU, il-Ministru ghat-Turizmu Michael Refalo jirrimarka li sa fejn kien jaf, f'socjeta' civili, min bis-serjeta' jixtieq jikseb informazzjoni ufficjalment, iressaq it-talba tieghu bl-uzu ta' mezzi tal-komunikazzjoni normali, bhal per ezempju s-servizz tal-posta, tat-telefon, l-E-Mailu l-Fax.
Il-Ministeru ghalhekk ma jifhimx ir-raguni ghaliex id-Divizjoni tal-GRTU irrikorriet ghall-mezzi tax-xandir u ta' l-istampa minflok ma kkomunikat mal-Ministeru.
"Madankollu", kompla l-Ministru Refalo, "filwaqt li huwa minnu li s-settur tat-turizmu jaghmel impatt ukoll fuq hwienet tal-merca u negozji, attivitajiet kummercjali rapprezentati mill-GRTU, li wkoll ifornu l-industrija tat-turizmu, dawn ma jistghux jitqiesu attivitajiet li jaghmlu parti integrali mill-industrija tat-turizmu".
"Il-kummenti tieghi li l-industrija tat-turizmu m'ghandhiex htiega ghal tibdiliet ghajr kif l-operaturi Maltin jaghrfu jahdmu f'dinja akbar u izjed kompetittiva, jirriferu biss ghall-azjendi li direttament jaghmlu parti mill-industrija tat-turizmu u mhux ghal setturi ohra, li wkoll igawdu u jixorbu mill-progress u l-gid li tkattar l-industrija.
Il-process ta' screening ghal dak li ghandu x'jaqsam mas-setturi rapprezentati mill-GRTU, jekk mhux direttament parti mis-settur turistiku, ghalkemm ta' interess, mhuwiex responsabbilta' tal-Ministeru ghat-Turizmu".
"F'dawn l-ahhar snin fl-industrija tat-turizmu dahlu hafna mid-direttivi, regolamenti u standards ta' l-Unjoni Ewropea; u nfakkar li l-Abbozz ta' Ligi dwar is-Servizzi ta' l-Ivvjaggar u tat-Turizmu, li dwaru d-Divizjoni tal-Hospitality and Leisure tal-GRTU ma ressqitli ebda kumment, kritika jew suggeriment, qed idahhal, bil-kunsens tal-ghaqdiet direttament involuti fit-turizmu, mezzi ohra kif l-industrija tat-turizmu Maltija tista' tallineja ruhha ahjar mal-metodi ta' tmexxija mhaddma fl-Unjoni Ewropea".
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN