Seminar dwar is-servizzi bankarji ghall-Komunita' kummercjali u industrijali
F'laqgha li s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onorevoli Edwin Vassallo, kellu dalghodu ma' numru ta' self-employed u negozjanti ohra, rega' fakkar li s-seminar li ser isir ghada, l-Erbgha, 24 ta' Marzu 1999, fis-sala tal-Ministeru stess, fit-8.00 p.m. huwa wiehed li minnu ghandu johrog taghrif siewi biex iz-zewg partijiet tas-servizzi bankarji, minn joffri s-servizzi u min juza s-servizzi, ikomplu jtejbu l-efficjenza lejn xulxin.
X'aktarx li hija l-ewwel darba li qeghda ssir laqgha bhal din. Ufficjali gholja tal-banek kummercjali u rapprezentanti tal-komunit'? kummercjali u industrijali ser jiltaqghu wicc 'imb wicc, biex it-tnejn li huma jkunu aktar konxji tal-bzonnijiet ta' xulxin. F'dan is-seminar ser jigi analizzat is-servizz li l-banek kummercjali qeghdin joffru bhalissa: x'dewmien hemm biex jipprocessaw applikazzjonijiet, kemm jigi jiswa dan is-servizz, x'diffikultajiet hemm biex jintlaqghu l-applikazzjonijiet li jsiru. Minn naha l-ohra, ser ikun mfisser is-settur kummercjali nnifsu: x'organizzazzjoni hemm fl-intrapriza privata, xi pjanijiet kummercjali (business plans) jsiru, jekk isirux u kif isiru pjanijiet futuri (projections).
Huwa fatt, kompla Jghid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, li jekk iz-zewg nahat ikunu aktar konxji tal-bzonnijiet ta' xulxin, kullhadd ikun qed jinqeda ahjar. Fl-ahhar mill-ahhar, il-gejjieni qieghed dejjem igib sfidi godda. Dan huwa process naturali minhabba li nghixu f'dinja dinamika. Dawn huma sfidi li qeghdin jiffaccjaw kemm in-negozjant, kif ukoll il-banek kummercjali. Huwa ghalhekk ta' bzonn li l-partijiet kollha jkunu shab biex jilqghu ghall-htigijiet tal-gejjieni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN