L-abilitajiet fic-centru tal-Politika tal-Gvern ghal persuni bi bzonnijiet specjali
Il-Ministru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Lawrence Gonzi sahaq fuq il-bzonn li ma nibqghux inharsu biss lejn kif nistghu noholqu ambjent ahjar ghal persuni b'dizabilita', imma li nibdew inharsu lejhom bil-lenti ta' kif it-talenti u l-kapacitajiet li ghandhom jistghu jigu zviluppati ghall-gid taghhom personali u tas-socjeta' Maltija. Dan qalu dalghodu meta inawgura l-Performing Arts Studio gewwa l-Euro Institute of Music & Arts il-Hamrun. Fost wiehed mill-ewwel korsijiet li ser jigu organizzati huwa programm ta' tahrig fil-muzika u fl-arti ghal persuni bi bzonnijiet specjali.
"L-opportunijatiet indaqs huma l-punt tat-tluq ghall-politka taghna…dan ghaliex il-Gvern adotta il-politika tal-mainstreaming li taghmilha facli ghal kull persuna sabiex issib postha fis-socjeta' taghna," qal il-Ministru Gonzi.
Il-programm imniedi mill-Euro Institure b'kollaborazzjoni mad-Downs Syndrome Association ser jinkludi tahrig f'diversi forom ta' arti u muzika u huwa ntiz sabiex johloq ambjent li fih tfal u adulti bi bzonnijiet specjali jesperjenzaw u jizviluppaw it-talenti artistici taghhom flimkien mal-bqija tal-istudenti li jattendu dan ic-centru.
Il-Ministru Gonzi fahhar din l-inizjattiva ghaliex tirrifletti l-politika li jhaddan il-Gvern f'dan il-qasam. Huwa qal li hemm bzonn ta' aktar kollaborazzjoni, f'inizjattivi bhal dawn, anki bejn il-privat u l-volontarjat Malti sabiex jkomplu jigu zviluppati u msahha servizzi li jassiguraw opportunitajiet indaqs. L-opportunitajiet indaqs, tenna il-Ministru Gonzi huma ic-cavetta ghal socjeta' aktar inklussiva.
Waqt iz-zjara tieghu fil-Euro Institute, il-Ministru Gonzi kellu l-opportunita li jara b'ghajnejh sessjonijiet fil-muzika, fit-tpingija, fid-drama u l-kant, fiz-zfin kif wkoll fil-keep fit. Ghal dawn is-sessjonijiet kienu qed jippartecipaw mal-erbghin persuna bi bzonnijiet specjali li kienu integrati fil-klassijiet ma' studenti ohrajn.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN