Left arrow Go Back

Il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg izur l-Ufficcju tar-Registru Pubbliku

PR0428
Date Icon 22/03/1999

Kull sena fir-Registru Pubbliku jigu registrati madwar 5,000 twelid, mal-2,300 zwieg u mal-2,700 imwiet. Barra minn hekk kull sena jigu insinwati mas-17,000 att u jidhlu ftit aktar minn 18,000 ipoteka.

Dan qalu l-Ministru ta' l-Intern, Dr. Tonio Borg, meta llum wara nofsinhar ghamel zjara ta' kortesija fl-Ufficcji tar-Registru Pubbliku fil-Belt Valletta.

Il-Ministru Borg qal li x-xoghol li jaghmel ir-Registru Pubbliku huwa ta' importanza kbira, fejn fost l-ohrajn jiehu hsieb ic-certifikati kollha ta' kull individwu mit-twelid sal-mewt, registrazzjoni tat-testmenti u l-kontroll tal-kiri tad-djar.

Ir-responsabbilitajiet li ghandu r-Registru Pubbliku, kompla l-Ministru Borg, igibu f'kuntatt dirett u fil-qrib mal-pubbliku u l-ufficcju dejjem ghamel l-almu tieghu biex il-pubbliku jkollu l-ahjar servizz.

Il-Ministru Borg fakkar kif fl-1996 kien tlesta progett fejn l-atti kollha li kienu qed jintuzaw mir-Registru inqalbu minn fuq micro-film ghal fuq il-computer. Illum il-process huwa digitali u fejn qabel il-pubbliku kien ikollu jistenna madwar tliet sieghat biex jikseb certifikat, illum ma jdumx aktar minn hmistax -il minuta.

Huwa qal ukoll li bl-ghajnuna tal-Malta Information Technology and Training Services Ltd. (MITTS),l-Ufficcju ghadu ghaddej bil-progett ta' Sistema ta' Arkivji digitali. Dan huwa process li jibqa' ghaddej (on-going) u l-Ufficcju qed juri li kapaci jlahhaq max-xoghol li dejjem qed jizdied.

L-Agent Direttrici ta' l-Ufficju tar-Registru Pubbliku, Dr. Elizabeth Said, kienet prezenti ghaz-zjara ta' kortesija. Hija rringrazzjat lill-Ministru Borg taz-zjara li ghogbu jaghmel fid-Dipartiment.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow