Left arrow Mur Lura

Jintemmu l-laqghat regjonali dwar ir-riforma fil-process ta' l-Ippjanar

PR0427
Date Icon 22/03/1999

F'Project House fil-Furjana, nhar is-Sibt intemmu l-laqghat regjonali li l-Ministeru ta' l-Intern organizza bhala parti minn progett li se jwassal ghal riforma fil-Process ta' l-Ippjanar, li jinkludi tibdil fil-Ligi, kif ukoll riforma fl-istruttura u l-policies tal-Awtorita` ta' l-Ippjanar.

L-ahhar laqgha, minn sensiela ta' erbgha, kienet intiza ghar-residenti tac-Centru ta' Malta. Il-pubbliku, flimkien ma' kunsilliera u anke Membri Parlamentari minn dan ir-regjun taw il-kontribut taghhom b'ilmenti u suggerimenti ta' kif il-Process ta' l-Ippjanar jista' jkun aktar relevanti u efficjenti.

Il-Ministru ta' l-Intern, Dr Tonio Borg, li indirizza din l-ahhar konferenza, spejga li l-vizjoni tal-Gvern hi li jara riforma fil-Process ta' l-Ippjanar li tkun tinkludi l-ideat kemm ta' l-izviluppaturi, tal-klijenti ta' l-Awtorita` u anke ta' l-ambjentalisti. Is-suggerimenti ta' kulhadd ghandhom ikunu kkunsidrati, ghax kulhadd xi darba jew ohra, jigi f'kuntatt ma' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar. Ghalhekk il-process tar-riforma hu wiehed li beda minn taht billi jigi kkonsultat il-pubbliku, u se jispicca fuq, fil-livell fejn jittiehdu d-decizjonijiet.

Il-Ministru qal li impossibbli li kulhadd ikun kuntent wara li r-riforma tant mistennija, tigi kompluta, imma d-decizjonijiet iridu jittiehdu, anke jekk ikun hawn min ihoss li l-affarijiet ma gewx kif kien qed jistenna. Madankollu, kompla l-Ministru Borg, ir-riforma f'dan il-process, ghandha tipprovdi biex ikollna zvilupp sostenibbli, u aktar efficjenti billi n-nies jinqdew ahjar, aktar bil-heffa, u fuq kollox bi trasparenza billi jigu spejegati r-ragunijiet wara kull decizjoni li tittiehed.

Kif kien mistenni, l-Awtorita` ta' l-Ippjanar kienet il-mira ta' hafna minn dawk li attendew il-laqghat. Hafna min-nies ressqu baraxx ta' ilmenti personali, uhud gustifikati, ohrajn li jistghu jigu ccarati permezz ta' komunikazzjoni aktar effettiva bejn min jiehu d-decizjonijiet u l-partijiet milquta minnhom.

Il-Ministru tal-Intern, gabar fil-qosor l-ilmenti l-aktar komuni li tressqu waqt il-laqghat. L-inkonsistenza fid-decizjonijiet, il-burokrazija zejda u l-indhil f'dettalji trivjali kienu l-akbar kawzi ta' ilmenti li holqu u ghadhom joholqu frustrazzjonijiet bla htiega.

Il-Ministru kompla li dan kollu jikkonferma li l-ezercizzju ta' konsultazzjoni kien mehtieg u li kien success. In-nies sabu lil min jisma' l-ilmenti taghhom, u kellhom kull opportunita` li jissiehbu fir-riforma bis-suggerimenti taghhom.

Dak kollu li ntqal fil-laqghat regjonali issa se jkun inkluz f'rapport li se jitressaq quddiem il-Konferenza Nazzjonali li se ssir fl-24 t'April. Ma' dan ir-rapport se jkun hemm ukoll diversi rapporti ohra ta' organizzazzjonijiet ambjentali u professjonali, ta' korporazzjoijet pubblici u parastatali, kif ukoll suggerimenti li ttiehdu waqt sensiela ta' intervisti li saru ma' professjonisti fil-qasam ta' l-ippjanar.

Il-Ministru Tonio Borg, ikkonkluda billi qal li l-Konferenza Nazzjonali issa se taghti bidu ghall-azzjonijiet u d-decizjonijiet wara process twil u mehtieg ta' konsultazzjoni.

Prezenti ghal-laqgha kien hemm ukoll is-Segretarju fil-Ministeru ta' l-Intern, il-Perit Gorg Pullicino. Huwa fakkar li fost il-pubbliku li attenda, kien hemm uhud mill-membri tal-core group li waqqaf il-Ministeru ta' l-Intern biex jiehu nota tas-suggerimenti tan-nies.

Kien hemm ukoll prezenti ufficjali mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar bil-ghan li huma wkoll jisimghu u jiehdu nota ta' kif jahsbuha n-nies fuq l-Awtorita`

Dawk il-membri tal-pubbliku, li ghal xi raguni jew ohra, ma setghux jattendu xi wahda minn dawn il-laqghat regjonali ghad jistghu iwasslu s-suggerimenti taghhom billi jcemplu fuq freephone 0800 77 44 13, jintbghatilhom leaflet bil-posta fejn jistghu iressqu s-suggerimenti taghhom bil-miktub. Kull formola ghandha tasal il-Ministeru ta' l-Intern sat-30 ta' Marzu .

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow