Left arrow Mur Lura

Seminar dwar is-sistemi tas-Servizz Bankarju

PR0416
Date Icon 18/03/1999

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onorevoli Edwin Vassallo, waqt laqgha li kellu ma' diversi self-employed u negozjanti ohra, li matulha gew diskussi s-sistemi tas-servizz bankarju, habbar li ser jorganizza seminar bit-titlu "Is-Servizzi Bankarji taht Il-Lenti" (The Banking Service Under Review). Dan is-seminar ser jinzamm nhar l-Erbgha, 24 ta' Marzu 1999, fis-sala tal-Ministeru stess, fit-tmienja ta' filghaxija

Il-kelliema fil-ftuh ta' dan is-seminar ser ikunu ic-chairmen, jew rapprezentanti, tal-banek kummercjali, li huma:-

Bank of Valletta plc

Mid-Med Bank plc

Lombard bank plc

APS Bank plc

Midland Bank plc

Is-seminar imbaghad jaghlaq b'indirizz tal-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, il-Prof. Josef Bonnici.

Ghal dan is-seminar hemm mistiedna biex jippartecipaw is-self-employed u negozjanti u kumpaniji kummercjali ta' daqs zghir jew medju (SME's) u dawk kollha li huma interessati li jaraw li servizzi finanzjarji jkunu aktar efficjenti u ta' servizz ghall-ekonomija Maltija.

Punti li ser jigu diskussi tul dan is-seminar ta' saghtejn jinkludu:-

  • ic-charges tal-banek
  • ir-rati ta' l-interessi
  • access ghal facilitajiet ta' kreditu
  • il-hin ta' l-ipprocessar ta' talbiet ghal servizzi
  • l-accessibilit'? tal-banek.

L-ghan ta' dan is-seminar hu halli z-zewg nahat tas-servizz bankarju, jigifieri l-banek li qed joffru s-servizz u n-negozjanti li qed juzaw is-servizz, ikunu konxji aktar tal-bzonnijiet ta' xulxin. Malli wiehed jaghraf ahjar dawn il-bzonnijiet, il-process bankarju ghandu jkun aktar efficjenti. L-ghan ahhari huwa li l-ekonomija ta' Malta zzid fir-ritmu tal-progress taghha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow