Left arrow Mur Lura

Il-Progett tal-Kottonera - Il-Ministeru iwiegeb lill-Oppozizzjoni

PR0410
Date Icon 17/03/1999

B'riferenza għall-konferenza ta' l-aħbarijiet mogħtija llum mill-Oppożizzjoni Laburista b'reazzjoni għall-istqarrija li saret fil-Parlament il-bieraħ b'konnessjoni tal-Pro'ett tal-Kottonera, il-Ministru għall-Ambjent Franċis Zammit Dimech jirrimarka dan li 'ej:

Assolutament m'hux minnu li l-pro'ett li se jwettqu ż-żew' konsorzji, li magħhom laħaq qbil il-Gvern, hu finta. Kienu finta ħafna dettalji li pprova jagħti l-Gvern Laburista preċedenti meta ipprova jgħaddi mill-Parlament riżoluzzjoni li permezz tagħha kien, fost l-oħrajn, se jagħti titolu ta' proprjet'? reali fuq il-mollijiet tal-Kottonera.

Il-Gvern preżenti għandu fiduċja sħiħa fiż-żew' konsorzji għax persważ li huma kapaċi jwettqu dak li daħlu għalih. Il-konsorzju ffurmat biss minn imprendituri Maltin jista' meta jrid jikseb investiment barrani wkoll. Biss, il-Gvern preżenti għandu fiduċja li l-imprendituri Maltin, anki waħedhom, kapaċi jidħlu għal pro'etti kbar u b'mod serju.

Il-Gvern Laburista preċedenti kien irnexxielu jinnegozja biss dwar l-iżvilupp fuq in-naħa tal-Birgu, filwaqt li dan il-Gvern irnexxielu jkabbar il-pro'ett aktar mid-doppju, b'investiment kważi t-triplu ta' dak li kien aċċetta l-Gvern Laburista preċedenti. B'hekk il-pro'ett kif imfassal mill-Gvern preżenti se jwassal b'aktar ħeffa għar-ri'enerazzjoni tal-Kottonera u b'dan, il-Gvern preżenti jħossu tabilħaqq kburi.

Dwar il-kordinazzjoni fix-xogħol bejn iż-żew' konsorzji, se jkun il-Gvern li se jipprovdi l-proċeduri meħtie'a biex tkun assigurata din il-kordinazzjoni.

Il-Gvern jibqa' favur diskussjoni serja u bil-miftuħ rigward il-pro'ett tal-Kottonera u lest jagħti widen għal su''erimenti kostruttivi li jsiru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow