Progett ghad-Dahla tal-Belt Valletta
Il-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, illum nieda pro'ett għad-daħla tal-belt Valletta, li jinkorpora fih il-bini mill-'did tat-Teatru Rjal (Royal Opera House), ta' Bieb il-Belt u tal-venda tal-karrozzi tal-linja, minbarra x-xogħol li qed isir bħalissa f'St James Cavalier bħala parti miċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti.
Il-proposti dwar dan il-pro'ett għad-daħla tal-Belt Valletta saru permezz ta' master plan li tħejja mill-Professur Richard England, li waqt konferenza ta' l-aħbarijiet, spjega d-dettalji ta' dan il-pro'ett.
Il-konferenza ta' l-aħbarijiet saret wara laqgħa ta' konsultazzjoni li l-Malta Arts Centre Steering Committee, presedut mill-Ministru Zammit Dimech, kellu mal-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta u tal-Floriana.
Il-Ministru Zammit Dimech spjega li l-proposti li qed isiru se jitressququddiem l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar biex b'hekk jinbeda proċess aktar wiesa' ta' konsultazzjoni pubblika. Fil-fatt, il-Gvern se jissottometti immedjatament outline development application lill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar għal dan l-iskop.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-master plan 'ie aċċettat di''? kemm mill-Malta Arts Centre Steering Committee, li re'a' nħatar wara l-bidla fil-Gvern, kif ukoll mill-istess Gvern.
F'dan il-pjan qed ikun propost li:
• Bieb il-Belt jer'a' jinbena mill-'did skond il-proposti mressqa fl-1987 mill-magħruf Perit Taljan Renzo Piano;
• fis-sit tat-Teatru Rjal jinbena Teatru ta' l-Opri u attivitajiet kulturali oħra b'akkomodazzjoni għal 800 persuna, u li fih ikunu jistgħu jittellgħu opri, produzzjonijiet mużikali, wirjiet tal-ballet, reċti u attivitajiet kulturali u artistiċi oħra. It-teatru jkollu d-dħul prinċipali tiegħu fi Triq ir-Repubblika, b'faċċata permezz ta' screen li jkun jixbaħ lil dik tat-Teatru Rjal fuq disinn ta' Edward Middleton Barry. It-teatru flimkien mal-foyer u l-faċilitajiet l-oħra marbuta miegħu se jkunu kollha mill-art 'il fuq, filwaqt li taħt l-art qed ikun propost li jkun hemm żew' sulari biex jintużaw għal attivitajiet kulturali fuq bażi kummerċjali;
• peress li Misraħ il-'?elsien ma jirrispettax id-disinn bażiku ta' belt fortifikata, qed ikun propost li ter'a' tinbena mill-'did skond id-disinn ori'inali, b'mod li jitħalla spazju vojt bejn il-bini li jista' jittella' u St James Cavalier;
• mill-anqas żew' sulari taħt l-art fejn illum hemm Misraħ il-'?elsien jistgħu jintużaw għal skopijiet kummerċjali, bħal ħwienet, bil-possibbilt'? wkoll li jkun hemm żew' sulari oħra aktar 'l isfel li jintużaw għal attivitajiet oħra;
• taħt is-sit tat-Teatru Rjal u taħt parti minn Misraħ il-'?elsien jista' jsir post ta' parke'' għall-vetturi, mibni fuq mill-anqas tliet sulari;
• qed ikun propost ukoll li tinbena mill-'did il-venda tal-karrozzi tal-linja, fuq disinn imfassal fuq l-idea li l-inżul u t-tlugħ tal-passi''ieri jsir taħt l-art u li l-karrozzi tal-linja li ma jkunx għadu jmisshom jagħmlu l-vja'' ma joqogħdux jistennew fil-venda proprja iżda f'post riservat apposta fl-inħawi magħrufa bħala t-Trunċiera tat-Tramuntana. B'dan il-mod is-sit fejn hemm il-venda llum ikun jista' jingħata dehra 'dida kompatibbli mad-dinjit'? li tixraq lid-daħla tal-belt Valletta.
Il-Ministru Zammit Dimech semma li fir-rigward tat-teatru l-'did fuq is-sit tat-Teatru Rjal, il-Gvern qed jimxi fuq il-pariri ta' konsulenti Ingliżi magħrufa f''dan il-qasam, Theatre Projects Consultants, u l-flessibbilt'? li qed tkun maħsuba fl-użu tiegħu tagħti l-opportunit'? li jkun jista' jintuża għal avvenimenti varji billi l-istess daqs tal-palk u l-partijiet ta' quddiem tat-teatru jkunu jistgħu jvarjaw bis-saħħa ta' teknolo'ija moderna, u b'hekk ikun hemm aktar flessibbilt'? fl-istess użu tat-teatru.
Il-Ministru Zammit Dimech spjega li l-Gvern qed jikkunsidra għażliet varji dwar kif l-aħjar isir il-finanzjament ta' dan il-pro'ett u di''? qabbad ditta ta' awdituri biex tħejji rapport dettaljat dwar id-diversi għażliet li jistgħu jeżistu f'dan ir-rigward.
Hu rrifera wkoll għax-xogħol li qed isir f'St James Cavalier, li se tkun tifforma parti miċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti, u qal li din il-parti tal-pro'ett mistennija titlesta sa tmiem din is-sena. Fih qed isiru swali għal wirjiet ta' arti, swali għal attivitajiet mużikali, Jazz Caf'?, u teatru żgħir li jakkomoda 150 persuna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN