Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru jichad allegazzjonijiet infondati tad-Deputat Laburista Joseph Cuschieri
Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt il-bierah, waqt il-hin ta' l-Aggornament, pogga fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rapprezentanti kopja ta' dikjarazzjoni mill-Vici Sindku ta' San Giljan, is-Sur Vincent Aquilina.
Dan wara akkuzi mid-Deputat Laburista Joseph Cuschieri, waqt id-dibattitu li sehh nhar l-Erbgha, 10 ta' Marzu, fejn fost l-ohrajn, l-Onor. Cuschieri allega li Dr. Gatt, meta kien Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista, kien hedded li jtemm l-impieg tas-Sur Aquilina minn mal-Public Broadcasting Services.
Fid-dikjarazzjoni tieghu, is-Sur Aquilina jaghmilha cara li Dr. Gatt qatt ma qallu l-kliem li kienu attribwiti lilu mill-Onor. Cuschieri u li jichad bil-qawwa kollha l-istess allegazzjonijiet.
Dr. Gatt, li tkellem waqt l-Aggornament tas-Seduta tal-bierah, tenna li r-raguni ma tridx forza u li l-Onor. Cuschieri missu joqghod attent aktar qabel jaghmel akkuzi infondati.
Kopja ta' l-ittra hija annessa:
Vincent Aquilina
The Dolphins
Mensija Street,
San Giljan
Data: 11 ta' Marzu, 1999
L-Onor. Dr. Austin Gatt,
Segretarju Parlamentari
fl-Ufficcju tal-Prim Ministru
Berga ta' Kastilja
Il-Belt Valletta.
Ghaziz Sur Gatt,
Jiena, bhala Vici Sindku tal-Kunsill Lokali ta' San Giljan, irrid niddikjara dan li gej:
1. Inti QATT ma ghedtli dak il-kliem li allega l-Onor. Joseph Cuschieri fis-seduta tal-bierah.
2. Jien NICHAD BIL-QAWWA KOLLHA kull allegazzjoni tal-Onor. Cuschieri u lest niehu affidavit.
Dejjem tieghek,
Firmata:
Vincent Aquilina
Vici Sindku,
Kunsill Lokali San Giljan.
c.c: Kunsill Lokali San Giljan
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN