Anzjoni industrijali mill-Burdnara fil-Freeport
Azzjoni industrijali mill-Burdnara li bdiet minn kmieni filghodu fil-Freeport intemmet ghall-habta ta' nofsinhar wara diskussjonijiet intensivi li kienu mmexxija mis-Sur Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici. Prezenti kien hemm ic-Chairman u ufficjali gholja tal-Freeport inkarigati mill-Operations u r-rapprezentanti tal-Burdnara.
Minn nhar it-Tnejn il-hatt u t-taghbija tal-containers kollha ser tibda ssir minn Terminal1biss u mhux aktar minn Terminal 2. Intlahaq ukoll ftehim bejn dawk kollha ikkoncernati li ser jibqghu jiltaqghu sabiex flimkien ikunu jistghu janalizzaw il-proceduri kif imhaddma u l-izviluppi li jista' jkun hemm bil-hsieb li tintlahaq aktar efficjenza.
"Dan qieghed isir biex l-operat tal-Freeport flimkien mal-hidma tal-burdnara joffru l-ahjar servizz lill-industrija u lis-settur tan-negozju", temm ighid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN