Stqarrija dwar il-Progett tal-Kottonera u l-Kalkara
Il-Ministeru għall-Ambjent jirriferi għall-istqarrija maħru'a mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara dwar il-pro'ett tal-Kottonera u jixtieq jagħmel ċar dan li 'ej:
Il-Ministru ghall-Ambjent, l-Onor. Francis Zammit Dimech, spjega l-proposta rigward faċilitajiet għall-jottijiet lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara u dan il-Kunsill ma kienx kontra sakemm isiru wkoll il-faċilitajiet rikreattivi li qed jitolbu, u sakemm jitt'?ħdu wkoll il-prekawzjonijiet kollha meħt'?'a biex ma jkun hemm ebda impatt negattiv fuq l-ambjent.
Kien għalhekk li wara din il-laqgħa, il-Ministru talab lill-konsorzju li jekk jagħmel dan l-iżvilupp, irid j'?ħu l-prekawzjonijiet kollha meħt'?'a biex mhux biss ma jkun hemm l-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent, iżda l-ambjent ta' dik l-area pjuttost mitluqa jkun imsebbaħ. Barra minn hekk, il-Ministru talab lill-konsorzju biex jintrabat li jagħmel benefikat fl-istess post b'?x ikunu jistgħu jsiru l-faċilitaj'?t mitluba mill-istess konsorzju.
Il-Gvern dispost jorbot lill-konsorzju b'kuntratt għal dan l-iskop, iżda fl-aħħar mill-aħħar jekk dan kollu ma jkunx possibbli, il-Gvern lest ukoll joffri lill-konsorzju faċilitaj'?t simili f'xi post '?ħor.
Dan hu l-mod serju u trasparenti li bih bi ħs'?bu jimxi l-Gvern preżenti, filwaqt li jibqa' jikkonsulta b'mod miftuħ lill-Kunsill Lokali konċernat u lil kull min irid jagħti su''erimenti kostruttivi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN