Inbeda' x-xoghol fuq il-Coast Road
Minn dalgħodu nbdiet l-ewwel fazi ta' xogħol fuq madwar 300 metru ta' triq il-Kosta ta' Baħar iċ-Ċagħaq.
Permezz ta' dan ix-xogħol li qed isir bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tat-Toroq, flimkien ma' l-esperti Ġermaniżi, it-triq ser tinqala, ti'i "compacted" mill-'did u l-materjal li jinqala' jer'a' jitqiegħed fl-istess post.
Waqt dan ix-xogħol qegħdin isiru wkoll testijiet dwar is-saħħa ta' l-istess triq, x'effett qed ikollu ir-"recompaction" tal materjal, kif ukoll dwar kif jistgħu jitjiebu l-metodi ta' kostruzzjoni tat-triq.
Ix-xogħol fuq din il-parti tat-triq hu mistenni li jkun lest matul din il-'imgħa.
Madanakollu, waqt li jkun qed isir dan ix-xogħol f'din il-parti tat-triq, it-traffiku jista' jkollu bzonn ta' devjazzjoni temporanja. Għal dan il-għan il-pubbliku huwa mitlub li jsegwi s-sinjali tat-traffiku li ser ikun hemm fil-post. Dan huwa meħtie' ti'i evitata kon'estjoni tat-traffiku, kif ukoll biex ji'i evitat periklu għal dawk li jkunu qiegħdin jaħdmu fuq il-post.
F'dan is-sens, il-Ministeru jitlob il-koperazzjoni tal-pubbliku u jwiegħed li ser jagħmel dak kollu possibli biex iż-żmien li fih ikun hemm ħtie'a għall-devjazzjoni, jkun kemm jista' jkun qasir.
Wara li jkun tlesta dan ix-xogħol f'din il-parti tat-triq, hu mistenni wkoll li partijiet oħra tat-triq ikomplu jinqalgħu fil-'imgħat li 'ejjin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN