Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa' mac-Chairman tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini u mas-Sidien tal-Barrieri
F'laqgha li kellu mac-Chairman tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini u mas-Sidien tal-Barrieri, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo beda biex qal li "din il-laqgha hija parti mill-impenn tal-Gvern biex ikun qrib u f'kuntatt kontinwu ma' kull settur tan-negozju, zghir jew kbir, sahansitra anke ma' l-izghar inizjattiva ta' negozju. Huwa assigura lil kulhadd li ghalkemm din hija l-ewwel laqgha, mhix ha tkun l-ahhar u tixhed l-impenn tal-politika tal-Gvern li, d-decizjonijet li jittiehdu jkunu konxji taghhom kemm jista' jkun lil min se jolqtu u jifhmu izjed ghaliex ikunu ittiehdu. Izjed importanti huwa li t-tibdil li jrid isir, isir billi jkollna politika li tahdem minn isfel ghal fuq, politika li kapaci tkun umanizzata u li tifhem ma' min ser inkunu qeghdin nahdmu."
Huwa kompla jishaq fuq l-importanza ta' l-ippjanar meta qal "Il-hsieb taghna huwa li nahdmu u nfasslu l-progress taghna fuq pjan. Ma jistax ikun li kulhadd jippjana ghal rasu. Irridu nghaqdu l-forzi bejnietna flimkien biex nahdmu fi kwadru wiehed. Fl-industrija tal-Kostruzzjoni, settur wiehed irid jahdem ma' l-iehor. Fl-industrija tal-Kostruzzjoni mhux tal-barrieri ghal rashom, tat-tarmac ghal rashom u l-kuntratturi ghal rashom. Hemm hafna ghazliet importanti li rridu naghmlu. Dawn is-setturi flimkien iridu juruna kif ahna ser niehdu l-ahjar decizjonijiet bir-rizorsi limitati taghna."
Dwar ir-rizorsi u l-isfida ta' l-uzu ta' dawn ir-rizorsi, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal "Ir-rizorsi taghna huma art, flus u nies. Fejn qabel il-gid inholoq ghax kellna r-rizors ta' l-art xi nbieghu, illum ir-rizorsi huma limitati u l-pajjiz qed jickien. Is-suq ukoll qieghed johloq certi bidliet, waqt li l-pajjiz irid jara kif se jkollu aktar xoghol u gid. Din se tkun l-akbar sfida taghna. Qeghdin f'salib it-toroq u rridu niddeciedu. Ir-rizorsi ta' l-art isarrfu fi flus u ghalhekk l-art, il-gebla, hija limitata u d-decizjonijiet tal-lum iridu jkunu bbazati fuq din ir-realt'?. Irridu naraw fis-sitwazzjoni tal-barrieri kif minn dik it-toqba fl-art se jinholoq aktar xoghol".
Il-problemi li rridu niddiskutu f'din il-laqgha jistghu jkunu:
- nistghu nuzaw il-kapital taghna ahjar billi nkabbru l-barrieri taghna?
- nhaffru aktar fil-fond?
- nizviluppaw il-barriera f'xi haga ohra jew insibu siti alternattivi?
Is-Segretarju Parlamentari temm l-introduzzjoni tieghu b'dan il-hsieb "Irridu nibdew inpoggu biex nitkellmu kif ser nifhmu l-htigijiet tas-suq u kif ser nahdmu flimkien biex il-problemi taghna jissolvew kollettivament skond il-htigijiet taghna bhala pajjiz. Qabel ma nkomplu bil-process ta' l-ippjanar ta' zvilupp irridu nisimghu il-kummenti taghkom u nidhlu f'relazzjoni ma' xulxin u mal-Gvern".
Minn naha tieghu, il-Perit Robert Musumeci, Chairman tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini, irringrazzja lis-Sur Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici ghar-rispons immedjat biex tissejjah din il-laqgha bhala parti mill-process ta' konsultazzjoni. Dan seta' jsir bl-aktar mod effettiv billi jittiehed ir-rispons ta' dawk fis-settur ta' l-Industrija tal-Bini. B'hekk ma setax jonqos l-intervent tas-Sidien tal-Barrieri. Il-Perit Musumeci kompla jghid li "jirrikonoxxi l-Gebla bhal rizors ewlieni fil-pajjiz izda fl-istess hin trid titfassal strategija li tkun tlahhaq kemm mad-domanda tal-lum u kif ukoll mad-domanda potenzjali fil-futur qarib. Huwa zied jghid li l-working group imwaqqaf mill-B.I.C.C. sabiex ihejji r-rapporti ghall-proposti ta' riforma ta' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar se jikkonkludi dan sa nofs April 1999".
Huwa fahhar l-inizjattiva tal-politika tal-Gvern li tersaq lejn l-individwu biex flimkien ifasslu dan il-process.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN