Left arrow Mur Lura

Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma tibghat ittri lill-konsumaturi bit-tnaqqis fil-kontijiet

PR0386
Date Icon 13/03/1999

Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma qed tibghat ittri personalizzati lill-konsumaturi biex tispjega l-kreditu li ghandu jinghatalhom wara t-tnaqqis li sar fit-tariffi tad-dawl u l-ilma b'effett mill-5 ta' Novembru ta' l-1997. Dan il-kreditu ser ikun jidher fil-kont li jmiss li mistenni johrog ix-xahar id-diehel.

Bejn Gunju u Lulju tas-sena l-ohra kien inhareg l-ewwel kont bit-tariffi mhabbra fil-Budget ta' l-1998. Dan il-kont kien ikopri l-perjodu ta' bejn Novembru jew Dicembru 1997 u Frar jew Marzu 1998. Minn dak inhar ‘l hawn ma nhargux kontijiet aktar.

F'Novembru li ghadda l-Gvern kien habbar it-tariffi godda tad-dawl u ilma. Ghaldaqstant kull min kien hallas il-kont bit-tariffi gholjin issa jrid jinghata d-differenza minhabba li dawn it-tariffi issa gew riveduti. Dawk li ma kinux hallsu dan il-kont ser jinghataw kreditu fl-arretrati li ghandhom jaghtu.

F'din l-itta ser jidher il-kont kif kien inhareg bit-tariffi tal-Budget tal-1998 fil-kolonna fuq in-naha tax-xellug u l-kont imrahhas kif issa gie rivedut fil-kolonna tan-naha l-ohra. B'hekk il-konsumatur li jircievi din l-ittra jkun jista' jivverifika t-total tal-kreditu li ghandu jiehu.

B'kollox ser jinhargu ‘l fuq minn 180,000 minn dawn l-ittri. Madwar 6,000 minnhom ser ikollhom ukoll kopja tal-kont li suppost dawn il-konsumaturi kienu rcevew f'Gunju tas-sena l-ohra. Dan il-kont ma kienx intbaghat lil dawn il-konsumaturi minhabba li kienet qed tidher informazzjoni hazina fuq l-account taghhom.

Il-Korporazzjoni qed tittratta wkoll kull kaz individwalment ta' dawk il-konsumaturi li ressqu oggezzjoni fuq il-kont li kien inhareg bit-tariffi gholjin. Ghaldaqstant, infakkru lil dawn il-konsumaturi li ma hemmx ghalfejn icemplu jew jergghu jiktbu lill-Korporazzjoni biex jivverifikaw l-oggezzjoni taghhom. L-ittra personalizzata taghhom ser jircevuha aktar tard.

Dawn l-ittri qed jinhargu bil-Malti. Kull min jixtieq jircievi kopja ta' l-informazzjoni bl-Ingliz huwa mitlub li jcempel fuq il-freephone 140 waqt il-hinijiet ta' l-ufficcju. Min ghandu bzonn ta' aktar informazzjoni jista' jcempel fuq in-numri tal-freephone 140 jew fuq il-freephone 0800 772304.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow