EMBARGO: Sunday 14th March 12:00 noon Titjib sostanzjali fil-kwalita' ta' l-Ilma tal-bahar
Skond studju li qed isir dwar l-istat ta' l-ambjent f'Malta, mill-1992 'l hawn kien re'istrat titjib sostanzjali fil-kwalit'? ta' l-ilma baħar madwar il-gżejjer Maltin.
Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu assista għal attivit'? ta' tindif fil-baħar f'Wied iż-Żurrieq, organizzata mill-Calypso Sub Aqua Club bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi, u l-Pollution Control Coordinating Unit tad-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-akbar titjib kien re'istrat b'mod partikolari f'dawk il-lokalitajiet qrib il-baħar fejn tliet snin ilu saru pro'etti kbar biex tissaħħaħ is-sistema tad-drena'', fosthom Marsaskala, San Pawl il-Baħar, Bu'ibba u San Ġiljan.
Hu żied li l-istess studju juri li l-uniċi postijiet fejn qed jiżdied it-tni''is, hu fil-portijiet fejn it-tni''iż miż-żejt f'dawn l-aħħar sentejn żdied b'ħamsa sa għaxar darbiet aktar prinċipalment b'riżultat ta' żjut minn in'enji tal-baħar. Għalhekk wieħed irid jibda jilqa' sew għal din il-problema.
Il-Ministru Zammit Dimech faħħar inizjattivi li jieħdu għaqdiet volontarji favur il-ħarsien ta' l-ambjent, u qal li fost dawn hemm dawk l-għaqdiet ta' għaddasa li f'perijodi differenti tas-sena jieħdu inizjattivi ta' tindif f'qiegħ il-baħar, bħal ma qed isir mill-Calypso Sub Aqua Club. Hu wiegħed l-għajnuna kollha tal-Ministeru għal inizjattivi bħal dawn.
Fl-attivit'? ta' dalgħodu ħadu sehem madwar 50 persuna bejn għaddasa u voluntieri oħra, u matulha ttellgħet kwantit'? kbira ta' materjal, inklużi fliexken u tyres.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN