Kjarifika mid-Divizjoni tas-Sahha dwar Leaflet informattiv fuq il-Gidri r-Rih
Id-Divizjoni tas-Sahha tavza lill-pubbliku li l-leaflet informattiv fuq il-Gidri r-Rih (Chicken Pox) li qed jitqassam fid-djar mhux pubblikazzjoni taghha. Dan qed jitqassam minn kumpanija privata li timporta vaccin kontra din il-marda. Filwaqt li l-informazzjoni moghtija hija korretta, il-pubbliku huwa avzat li ma hemmx lok ta' allarm u ma hemm l-ebda htiega li tfal b'sahhithom jinghataw il-vaccin.
Id-Divizjoni tas-Sahha tavza li skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha, il-vaccin kontra l-Gidri ir-Rih huwa rakkomondat ghal persuni ta' kull et'? li jbatu minn mard jew li qed jircievu xi kura li minhabba fihom tiddghajjef is-sistema ta' difiza tal-gisem (immunodeficiency).
Il-pubbliku huwa mheggeg biex f'kaz ta' diffikult'? jiehdu parir min ghand tabib. It-tobba kollha gew infurmati b'dawn ir-rakkomadazzjonijiet permezz ta' cirkolari mahruga fl-4 ta' Frar 1999.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN