Ministri jiltaqghu mal-Gozo Tourism Association u Operaturi ohra fil-qasam turistiku f'Ghawdex
Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono flimkien mal-Ministru ghat-Turizmu, l-Onor. Michael Refalo, illum zammew laqghat mal-Kunsill tal-Gozo Tourism Association kif ukoll mal-membri ta' din l-Assocjazzjoni. Waqt cerimonja fil-Ministeru ghal Ghawdex, iz-zewg Ministri qassmu wkoll certifikati lil studenti illi qed jattendu korsijiet fl-ITS fil-Qala, Ghawdex.
Waqt il-laqgha maz-zewg Ministri, il-Kunsill tal-Gozo Tourism Association pprezenta Pjan ta' Azzjoni sabiex Ghawdex jkun reklamat bhala destinazzjoni turistika distinta. Ghan ewlieni ta' dan il-Kunsill huwa illi jippromwovi lil Ghawdex bhala destinazzjoni turistika s-sena kollha. Il-membri tal-Kunsill infurmaw lill-Ministri li ser jibdew d-diskussjonijiet ma' l-entitajiet koncernati sabiex dan il-Pjan jibda jigi attwat. Waqt il-laqgha giet diskussa l-partecipazzjoni ta' Ghawdex fil-fieri tat-turizmu illi jsiru b'mod regolari barra minn Malta. Il-Ministru ghat-Turizmu habbar illi minn Ottubru li gej ser jibda jinghata in-house training lil dawk illi jahdmu fis-settur turistiku f'Ghawdex.
Hamsa u tletin student inghataw Certifikati tac-City and Guilts u ta' l-ITS. Dawn l-istudenti attendew wiehed minn erba' korsijiet fuq bazi part-time minn Ottubru ta' l-1997 sa Gunju ta' l-1998. Il-korsijiet kienu fil-Food Preparation and Production u fil-Food and Beverage Service. Dawk illi segwew kors baziku inghataw Certifikat filwaqt ohrajn illi segwew kors intermedjarju inghataw Diploma. Il-parti l-kbira ta' dawk illi inghataw dawn ic-certifikati huma haddiema fl-industrija tat-turizmu f'Ghawdex. Fil-prezent, fl-ITS fil-Qala, 12-il persuna qed isegwu kors ta' l-ESTS, Extended Skills Training Schemefil-Food and Beverage Operations fuq bazi full-time. Iz-zewg Ministri zaru l-ITS fil-Qala u tkellmu ma' l-istudenti u l-membri ta' l-istaff.
Il-Ministru ghal Ghawdex u l-Ministru ghat-Turizmu zaru wkoll San Lawrenz Hotel, li hija lukanda Five Star illi ser tiftah f'Mejju illi gej u li ser timpjega 'l fuq minn mitt ruh.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN