Il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg jiltaqa' mal-Kumitat Ezekuttiv ta' l-Ghaqda qraba tal-Membri tal-Korp tal-Pulizija
L-Ghaqda Qraba membri tal-Korp tal-Pulizija dalghodu ghamlet l-ewwel zjara ta' kortesija lill-Ministru ta' l-Intern, Dr Tonio Borg minn kemm ilha mwaqqfa f'Jannar li ghadda.
L-Ghaqda Qraba tal-Membri tal-Korp tal-Pulizija hija assocjazzjoni li twaqqfet f'Jannar li ghadda u hi maghmula minn qraba ta' pulizija rgiel u nisa.
Il-missjoni ta' din l-organizzazzjoni hi li sservi ta' vuci ghall-membri tal-Korp u tahdem biex tippromwovi l-interessi taghhom billi tizgura li jkollhom livell gholi ta' ghixien u taghmel pressjoni biex il-membri jkollhom mezzi efficjenti u moderni biex ikunu jistghu iwettqu d-dmirijiet taghhom.
L-Ghaqda dejjem tenfasizza li m'ghandhiex mottivi jew rabtiet politici izda hija interessata biss li tahdem ghad-drittijiet tal-membri tal-Korp u tal-qraba taghhom.
Il-Ministru Borg iddeskriva l-laqgha bhala wahda storika ghax hija l-ewwel laqgha formali ma' din l-organizzazzjoni li ghadha titwieled. Huwa qal li din l-organizzazzjoni m'ghandhiex l-iskop li sservi ta' union, izda xorta wahda isservi biex il-pulizija jkollhom kundizzjonijiet ahjar ta' xoghol.
Il-Ministru ta' l-Intern qal li x-xoghol tal-Pulizija huwa wiehed difficli.
Tkellem ukoll il-President ta' l-Ghaqda, is-Sur Alfred Bray li introduca l-membri tal-Kumitat Ezekuttiv ta' l-Ghaqda.
Il-membri tal-Kumitat Ezekuttiv huma Mary Aquilina, Alfred Bray, Jospehine Brincat, Mary Calleja, Carmen D'Amico, Michelle Mallia, Joseph Mallia, Irene Pisani, Doris Zammit; u l-Konsulent Legali hu Dr Tonio Azzopardi.
Fil-laqgha, l-Ghaqda ressqet xi ilmenti u suggerimenti dwar diffikultajiet li jiltaqghu maghhom il-membri tal-Korp.
Il-Ministru Tonio Borg min-naha tieghu, stieden ukoll lill-Ghaqda biex taghmel is-suggerimenti taghha vis-'?-vis ir-riforma fil-Korp tal-Pulizija u l-emendi proposti ghal-ligi tal-pulizija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN