Left arrow Go Back

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jindirizza workshop dwar l-H.I.V.

PR0366
Date Icon 11/03/1999

Ghalkemm l-HIV f'Malta tidher li hi problema zghira, jekk ma tinghatax l-attenzjoni kollha din il-problema tista' tikber b'mod allarmanti.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta indirizza l-workshop dwar l-HIV fil-Mediterran. Dan il-workshop qed jinzamm bhala parti mir-Raba' Konferenza ta' l-Iskola Medika Maltija li qed tinzamm f'dar il-Mediterran.

Il-Ministru tas-Sahha qal li f'Malta fil-bidu tieghu dan il-virus kien jolqot lill-persuni li jbatu mil-Haemophilia u nghataw demm infettat, u fl-omoseswali. Illum dan jinstab ukoll f'ommijiet u ghalhekk anke fit-tfal taghhom, dawk li jaqghu fil-vizzju tad-droga u f'irgiel heterosesswali. Il-Ministru Deguara tenna li minhabba li l-problema ta' l-abbuz ta' droga qed tizdied, dawk li qed jaghmlu uzu minn droga li tittiehed permezz ta' siringa qed ikabbru r-riskju ta' kontaminazzjoni.

Il-Ministru Deguara qal li hu stmat li l-prevalenza ta' dan il-virus f'Malta hi ta' 8 minn kull 100,000 ruh. Din ic-cifra tpoggi lil Malta fil-21 post fil-lista ta' pajjizi Ewropej li huma membri tal-WHO.

Louis Deguara tenna li wiehed jittama li b'aktar edukazzjoni fuq is-suggett, l-informazzjoni dwar l-HIV tkun aktar cara, specjalment dwar il-mod kif din tittiehed biex b'hekk jinqatghu diversi ghidut foloz.

Il-Ministru tas-Sahha tkellem ukoll fuq il-pjan li ghandu l-Gvern li jittrasferixxi l-Infectious Disease Unit mill-Isptar Boffa ghall-Isptar San Luqa. Hu tenna li dan il-unit, li ser ikun mghammar b'facilitajiet u professjonisti specjalizzati, ser jaqdi l-bzonnijiet tal-klienti inkluz ta' dawk li ghandhom l-HIV u l-AIDS. Il-pozizzjoni ta' dan il-unit gdid ser tiffacilita l-access ghal servizzi ohra meta jkunu mehtiega tenna Louis Deguara.

Louis Deguara rringrazzja lill-ghaqdiet mhux governattivi li jipprovdu servizz ta' counselling ghal dawn il-klienti u habbar li n-National AIDS Advisory Committee ddecieda li matul din is-sena, parti sostanzjali mill-budget jintefaq f'kampanja ta' edukazzjoni fuq is-sahha indirizzata lejn it-tfal ta' l-iskejjel.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow