Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd iwiegeb kummenti ta' l-oppozizzjoni dwar xoghlijiet fil-grading station f'Ta' Qali

PR0365
Date Icon 11/03/1999

Il-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd jaghmel riferenza ghall-istqarrija li ghamel l-Onorevoli Noel Farrugia dwar ix-xoghlijiet fil-grading station f'Ta' Qali, fejn ta x'wiehed jifhem li l-bini ta' loading platform gdid ghat-taghbija tal-patata sar minhabba l-uzu ta' Jumbo Bags ghall-esportazzjoni tal-patata. Dana mhux minnu, ghaliex l-ghan ewlieni tax-xoghol li qieghed jitwettaq fic-Centru tal-Ghazla f'Ta' Qali huwa sabiex jithaffef il-process tal-ghazla u taghbija tal-patata ghas-safar u fl-istess waqt jitjiebu wkoll il-facilitajiet ghall-haddiema. Dan il-progett huwa ntiz sabiex ikun possibli jsiru diversi modi ta' taghbija, li jinkludu mili fi xkejjer, kemm ta' 25kg kif ukoll ta' 1250kg u iktar, u dan ix-xoghol isir b'mod iktar efficjenti peress li l-platform issa giet fuq l-istess livell mal-containers li jridu jitghabbew.

Il-Ministeru jinnota b' sodisfazzjon li, filwaqt li din is-sena bosta, inkluz l-Onor Noel Farrugia, dehru li apprezzaw u rrikonoxxew x-xoghol siewi u serju li qieghed jitwettaq bla heda bhala preparazzjoni ghall-esportazzjoni tal-patata ta' Malta, is-sena li ghaddiet, f'nofs l-operat gew addottati sistemi godda ta' ppakjar u taghbija minghajr ebda preparamenti u provi mehtiega. Ir-rizultat ta' dan kollu kienet zieda fi spejjez ta' iktar minn Lm25,000, kawza ta' tkabbir fil-kubacc u fil-piz, provvediment ta' makkinarju, ghodda, materjal u n-numru konsiderevoli ta' haddiema barranin li ntuzaw. Dan minbarra l-hsara li garrbet il-patata waqt l-ippakjar u t-taghbija minhabba nuqqas ta' facilitajiet u ghodda addattati. Dan kollu kien sar b'sogru u ma kienx necessarju, ghaliex il-kuntratt ezistenti dakinhar ma kienx jobbliga l-uzu ta' jumbo bags jew pallets.

Il-proposta ta' l-uzu tal-jumbo bags trid tkun ikkunsidrata u evalwata bir-reqqa. Fost il-fatturi li wiehed ghandu jikkonsidra hemm li l-patata gdida ta' Malta tista' tkun iktar suggetta ghall-hsara minhabba li din tkun tarija; jekk l-ixkejjer tal-propelene humiex ta' dannu ghal dan il-prodott; b'din is-sistema il-patata tkun tista' tithallat iktar facilment ma' ohra ta' origini mhix Maltija, u fuq kollox ir-riskju li din tista' titlef l-identita' karatteristika taghha, li hi assocjata max-xkejjer tal-qanneb fejn sahansitra anke l-hjata bl-imsella hija preferuta. Dan l-istudju kollu kien mistenni li jsir qabel ma wiehed jazzarda jeffetwa xi tibdil.

Il-Ministeru jinnota wkoll li l-Onorevoli Noel Farrugia dejjem jaghzel li jitkellem dwar l-ewwel 3000 tunellata li hu ftiehem dwarhom u jinjora l-kumplament. Ikun ahjar li kieku jitkellem fuq il-kuntratt kollu li jorbot fuq 6,000 tunellata ta' esportazzjoni, bit-tieni lott ta' 3,000 tunellata marbut bi prezz hafna inqas. Fil-kuntratt l-ex-Ministru accetta wkoll li naqqas 200 tunellata patata ta' zriegh li tigi importata f'pajjizna. B'hekk effettivament naqqas il-possibilita' ta' produzzjoni tal-bdiewa Maltin.

Barra minn hekk l-ex Ministru ta' l-Agrikoltura ghandu jiftakar li accetta prezz medju ta' NLG 24.50 kull xkora ta' 25kg, filwaqt li l-kuntrattur mhux talli irdoppja r-rati tal-ispejjez tieghu, izda dahhal fil-kuntratt li l-patata trid titwassal fl-imhazen tieghu spejjez tal-bdiewa Maltin, minflok sal-port kif kienet qabel. Iktar u iktar gravi kien uzu ta' LM13,500 minn flus tal-bdiewa bhala hlasijiet tal-patata sabiex tghatta parti min-nuqqas ta' success ta' l-esportazzjoni tal-haxix frisk lejn l-Ingilterra. Minkejja d-diversi stqarrijiet li jaghmel regolarment, l-Onorevoli Farrugia qatt ma ta xi forma ta' spjegazzjoni xierqa lill-bdiewa dwar dan l-agir tieghu.

Il-Ministeru jista' jserrah mohh kulhadd, izda partikolarment il-bdiewa, li kull tibdil li jsir ikun ta' gid u mhux ta' dannu ghal futur tal-biedja f'pajjizna, u r-rizultati pozittivi li diga' bdew jinhassu f'dan is-settur, partikolarment biz-zjieda ta' 600 tunnellata iktar fuq il-kuntratt ta' esportazzjoni bi prezz ferm ahjar, huwa prova ta' din. Finalment il-fatti jitkellmu wahedhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow