Left arrow Mur Lura

Ic-centru ta' Malta lura bil-provvista ta' l-ilma

PR0360
Date Icon 10/03/1999

Il-provvista ta' l-ilma fic-centru ta' Malta regghet bdiet tigi lura ghan-normal wara hidma bla waqfien lejl u nhar, mill-Korporazzjoni ghas-Servizz ta' l-Ilma.

Kmieni l-Hadd 7 ta' Marzu, zviluppat hsara fuq parti l-qadima tal-mejn principali li jwassal il-provvista ta' l-ilma lejn il-parti centrali ta' Malta mill-gibjuni f'Ta' Qali. Il-Korporazzjoni hadet azzjoni mmedjata sabiex tissewwa din il-hsara, li tinsab fi Triq il-Ferrovija fl-inhawi ta' San Anton f'H'Attard.

Biex jintlahaq dan il-mejn u tkun tista' tinbeda t-tiswija, kellha tithaffer hofra ta' madwar 6 metri fond, 4 metri wisa' u 12 il-metru tul. Dan il-mejn huwa daqshekk fil-fond minhabba li wara li tpogga, it-triq minn fejn kien jghaddi kienet intradmet biex tigi ffurmata Triq il-Ferrovija.

Il-materjal fil-post kien terrapien imxarrab u sfuz hafna, u ghalhekk kien hemm bzonn ta' hofra daqstant kbira biex jista' jsir ix-xoghol. Huwa kkalkulat li ttella' madwar 500 metru kubu ta' terrapen u blat. Minhabba d-diffikulta u l-kwantita' kbira ta' materjal, ix-xoghol tat-thaffir ha fit-tul. Bejn il-bierah tard wara nofsinhar u l-lejl li ghadda nbidel tul ta' 15 il-metru ta' pajpijiet li kienu bil-hsara.

Ghaldaqstant, il-provvista ta' l-ilma fil-lokalitajiet li ser insemmu mistennija terga' tkun regolari aktar tard matul il-jum u l-lejl li gej:-

Attard, Birkirkara, Hamrun St. Venera, Mriehel, parti minn Hal Balzan, parti minn Gwardamangia, parti mill-Marsa, parti mill-Msida u Ta' Xbiex.

Sakemm is-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma li tissuplixxi dawn il-lokalitajiet kollha tintela bl-ilma mis-sorsi tal-produzzjoni, irid jghaddi l-hin mehtieg. Barra minn hekk, minhabba l-istat dghajjef li fih jinstab dan il-mejn, il-Korporazzjoni qed issegwi process li bih il-pressa ta' l-ilma li jitwassal minn dan il-mejn tibda tinfetah gradwalment. Dan il-process li jiehu aktar zmien mis-soltu huwa mehtieg bhala prekawzjoni.

Ghaldaqstant l-inhawi li jinstabu fil-baxx ser ikollhom lura s-servizz ta' l-ilma matul il-jum. Zoni ohra li jinsabu fl-gholi fosthom inhawi f'Santa Venera u Birkirkara mistennija jkollhom l-ilma fi djarhom aktar tard fil-ghaxija jew matul il-lejl li gej.

Il-konsumaturi jistghu jcemplu lis-sezzjoni Customer Care fuq il-freephone 157 ghal aktar assistenza u informazzjoni. Dan is-servizz huwa miftuh 24 siegha kuljum.

Il-Korporazzjoni tirringrazzja lill-pubbliku ghall-koperazzjoni li sabet matul din is-sitwazzjoni ta' kontingenza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow